Il-UĦM flimkien ma Joseph Sghendo ipprezentat protest ġiudizzjarju kontra il-General Workers Union, l-Arriva Malta Limited, l-Editur tan-news portal inewsmalta.com, l- Editur tal-ġurnal ta’ kulljum l-Orizzont, il-Kummissarju għall-Protezzjoni tad-Data u d-Direttur tax-Xogħol u Relazzjonijiet Industrijali.
Month: August 2013
Il-UĦM u s-Sitwazzjoni fl-Arriva
L-Arriva ma tridx lill-UĦM
Numru sostanzjali ta’ ħaddiema tal-Arriva dawn l-aħħar xhur issieħbu mat-Taqsima Port u Trasport tal-Union Ħaddiema Magħqudin. Dan sar b’inizjattiva ta’ numru ta’ ħaddiema li bla dubju ta’ xejn għandhom dritt ta’ union ta’ l-għażla tagħhom.
Jidher li dan mhux il-każ, għaliex il-maniġment qed jeżerċita l-awtorità tiegħu sabiex ixekkel lill-ħaddiema milli jissieħbu fi ħdan il-UĦM. Il-mistoqsija toħroġ weħidha, x’inhu l-iskop tal-maniġment tal-Arriva li ma jħalliex lill-impjegati tiegħu jissieħbu fil-UĦM?
Recent Comments