
Numru sostanzjali ta’ ħaddiema tal-Arriva dawn l-aħħar xhur issieħbu mat-Taqsima Port u Trasport tal-Union Ħaddiema Magħqudin. Dan sar b’inizjattiva ta’ numru ta’ ħaddiema li bla dubju ta’ xejn għandhom dritt ta’ union ta’ l-għażla tagħhom.
Jidher li dan mhux il-każ, għaliex il-maniġment qed jeżerċita l-awtorità tiegħu sabiex ixekkel lill-ħaddiema milli jissieħbu fi ħdan il-UĦM. Il-mistoqsija toħroġ weħidha, x’inhu l-iskop tal-maniġment tal-Arriva li ma jħalliex lill-impjegati tiegħu jissieħbu fil-UĦM?
Recent Comments