It-Taqsima Port u Trasport tal-UĦM illum irreġistrat tilwima industrijali mall-Malta International Airport (MIA) minħabba d-deċiżjoni li ħadet il-kumpanija li tkompli tagħmel outsourcing ta’ diversi sezzjonijet ġewwa l-istess MIA. Fost dawn is-sezzjonjiet hemm dik tal-Customer Service Attendants, tal-Informational Technology, Information Management, Electronics u Networks.
Month: May 2014
Il-UĦM tirreġistra tilwima industrijali mal-Kumpanija Malta Public Transport Services (ex-Arriva)
It-Taqsima Port u Trasport tal-UĦM illum irreġistrat tilwima industrijali mal-Malta Public Transport Services (ex-Arriva).
Aktar ħaddiema ex-Arriva jkomplu jissieħbu mal-UĦM
Hu ta’ sodisfazzjon għat-Taqsima Port u Trasport tal-UĦM li fil-jiem li għaddew aktar xufiera u ħaddiema oħra ex-Arriva komplew jagħtu fiduċja u daħlu membri fil-UĦM.
Il-ħaddiema ex-Arriva huma insodisfatti bin-nuqqas ta’ riżultati li kisbet il-Unjin tagħhom rikonoxxuta sa llum. Dawn il-ħaddiema qegħdin jilmentaw li matul dawn id-diversi xhur, l-unika ħaga li akkwistaw il-ħaddiema permezz tal-Unjin rikonoxxuta sa issa kien id-dritt tagħhom stess, li jitħallsu ta’ xogħol li għamlu fil-Festi Pubbliċi.
Ftehim Settorjali Ġdid għad-Dental Surgery Assistants
It-Taqsima Servizzi tas-Saħħa fi ħdan il-Union Ħaddiema Maqghudin (UĦM) illum iffirmat Ftehim Settorjali ġdid għad-Dental Surgery Assistants. Dawn il-ħaddiema sal-llum kienu mingħajr struttura u mingħajr ftehim. Permezz tal-ftehim iffirmat, it-Taqsima Servizzi tas-Saħħa ħolqot struttura għad-Dental Surgery Assistants kollha li jaħdmu ġewwa l-Isptar Mater Dei u ġewwa ir-Residenza San Vinċens De Paul.
Protest Ġudizzjarju mill-UĦM kontra l-MIA
Illum il-UĦM ippreżentat protest ġudizzjarju kontra l-Malta International Airport plc (MIA) f’isem il-ħaddiema fis-sezzjonijiet tal-Customer Service Attendants, Informational Technology, Information Management, Electronics u Networks. Minħabba l-intenzjoni tal-Kumpanija MIA li tkompli il-proċess ta’ outsourcing ta’ diversi sezzjonijiet mingħajr konsultazzjoni/diskussjonijiet adegwati mall-UĦM. Il-protest kien ippreżentat mill-avukati tal-union, Dr. Ian Spiteri Bailey u Dr. Andrew Grima rispettivament. 140520…
IL-UĦM titlob rikonoxximent ewlieni tax-xuffiera ex-Arriva
Il-maġġoranza tal-ħaddiema fil-grad ta’ Driver mal-kumpanija Malta Public Transport fil-jiem li għaddew issieħbu fil-Union Ħaddiema Maqgħudin(UĦM).
Il-UĦM toġġezzjoni għal mod ta’ kif se ssir it-transazzjoni ta’ Uffiċjali Pubbliċi fl-aġenzija Identity Malta
It-Taqsima Servizz Pubbliku tal-Union Ħaddiema Magħqudin (UĦM), illum kellha laqgħa dwar il-mod ta’ kif se jiġu integrati l-Uffiċċjali Pubbliċi fi ħdan l-aġenzija Identity Malta.
VOICE OF THE WORKERS PROJECT – Schedule of Quotes – QUOTE/01/2013 – ESF 4.221
VOICE OF THE WORKERS PROJECT – ESF 4.221 Schedule of Quotes received for the call for Quotation for Consumables QUOTE/01/2013 Summary of Quotes Received
Il-GWU tabbanduna n-negozjati tal-ħaddiema tal-MIA
Dalgħodu l-UĦM attendiet għal-laqgħa hekk kif kienet prenotata bejn l-GWU u l-UĦM u l – management tal-kumpanija tal-Malta International Airport (MIA).
Ħatriet fil-UĦM
Il-Kumitat Eżekuttiv tat-Taqsima Port u Trasport ħatar lil Thomas Clinch fil-kariga ta’ President tat-Taqsima u lil-Joseph Sghendo fil-kariga ta’ Viċi President tat-Taqsima filwaqt li Paul Chetcuti ser ikun qed jirrapreżenta l-Koperattivi fil-Kunsill Ġenerali.
Recent Comments