Dr. Martin Balzan ġie konfermat bħala l-President il-ġdid tal-Konfederazzjoni tat-Trade Unions Maltin (CMTU) wara l-Konferenza Ġenerali Annwali li kienet organizzata fil-Lukanda Xara Lodge, fil-limiti tar-Rabat nhar il-Erbgħa 18 ta’ Novembru 2015.
Month: November 2015
Ħtieġa ta’ tisħiħ fir-regolamenti dwar is-Saħħa u s-Sigurta’
“Għandna niffokaw il-ħidma tagħna b’mod proattiv sabiex insaħħu s-Saħħa u s-Sigurta’, mhux biss fil-postijiet tax-xogħol, imma anki f’postijiet ta’ divertiment”.
Il-UĦM tieħu sehem f’konferenza dwar l-intrapriża soċjali
Il-Union Ħaddiema Magħqudin ħadet sehem f’konferenza organizzata mill-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa dwar l-Intrapriża Soċjali. Isabelle Farrugia, is-Segretarju tat-Taqsima għall-Edukazzjoni u l-Kura, irrapreżentat lill-UĦM matul din il-konferenza u għamlet diskors tal-okkażjoni.
Il-ftehim dwar il-PPP se jkun iffirmat biss bejn il-UĦM u l-Gvern
B’rabta mal-artiklu li ġie ppublikat fuq il-gazzetta ILLUM tal-Ħadd 8 ta’ Novembru 2015, il-UĦM tixtieq tiċċara li l-Memorandum of Understanding se jiġi ffirmat bejn il UĦM u l-Gvern biss u mhux mal-investituri barranin.
Il-Qorti terġa’ tagħti raġun lill-UĦM
Il-Qorti reġgħet tat raġun lill-UĦM. L-Imħallef Anna Felice ilbieraħ tat deċizjoni favur il-UĦM fir-rikors li l-union, permezz ta’ l-Avukati Ian Spiteri Bailey u Andrew Grima, ippreżentat kontra l-GWU u l-MPTSOL.
Il-UĦM taħdem favur il-ħaddiema tas-Saħħa li se jkunu parti mill-proċess tal-PPP
“Il-UĦM innegozjat pakkett ta’ inċentivi għall-ħaddiema fil-qasam tas-Saħħa li se jkunu parti mill-proċess tal-Public Private Partnership.”
Deċiżjoni favur il-ħaddiem – UĦM
L-Imħallef Lawrence Mintoff il-bieraħ ta’ raġun lill-UĦM. Dan wara li permess ta’ digriet fuq ir-rikors GWU kontra l-UĦM u Malta Public Transport Services (Operations) Limited, l-Imħallef ta deċizjoni li tagħti d-dritt lill-ħaddiema tal-MPTSOL sabiex jiddeċiedu l-għażla tal-Union tagħhom permezz ta’ elezzjoni bejn Il-UĦM u l-GWU.
Il-UĦM tkompli tisħaq dwar il-Pensjoni tat-Tieni Pilastru
Waqt djalogu pubbliku li sar nhar is-Sibt li għadda, il-Union Ħaddiema Magħqudin (UĦM) kompliet issostni l-pożizzjoni tagħha dwar il-pensjonijiet u saħqet, fost oħrajn, dwar il-ħtieġa li tkun addottata l-Pensjoni tat-Tieni Pilastru.
Il-UĦM tagħmel żjara ta’ kortesija lis-Segretarju Ġenerali l-ġdid tal-GWU
It-tmexxija tal-Union Ħaddiema Magħqudin (UĦM) għamlet żjara ta’ kortesija lill-General Workers’ Union wara li Josef Bugeja, fil-jiem li għaddew, ħa f’idejh it-tmun tal-GWU. Iż-żjara ta’ kortesija saret fil-Workers’ Memorial Building, il-kwartieri tal-GWU, fil-Belt.
Recent Comments