Pożizzjoni tas-CMTU dwar il-privatizazzjoni ta’ l-isptarijiet ta’ Għawdex, Karen Grech u San Luqa, fiċ-ċirkostanzi preżenti. Is-CMTU tinnota b’sodisfazzjon li jidher li hemm impenn minn naħa tal-Gvern li jdaħħal iżjed Governanza fid-deċiżjonijiet li jaffettwaw lill-poplu Malti; CMTU tinnota b’sodisfazzjon li ġew irtitrati l-avviżi legali li kienu jeżentaw il-bini ta’ sptarijiet minn sotto-missjoni ta’ applikazzjoni għall-permessi ta’…
Month: March 2016
Jum il-Mara
Fl-okkażjoni ta’ Jum il-Mara, Josef Vella, il-Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers ħa sehem f’diskussjoni bit-tema “Il-Mara Maltija – Illum u Għada” fid-Dar Ċentrali tal-PN, Tal-Pieta’. L-attivita’ kienet organizzata mill-MNPN. Josef Vella tkellem, fost oħrajn, dwar ix-xogħol, l-aktar dak prekarju u li jinvolvi n-nisa. Id-diskussjoni tmexxiet mill-ġurnalista Claire Mifsud. Fl-attivita’ ħadu sehem il-Kap…
Il-UĦM titlob ir-rikonoxximent fil-Freeport
Il-UĦM Voice of the Workers talbet ir-rikonoxximent uffiċjali mingħand il-management tal-Freeport Terminal sabiex din il-union tibda tirrapreżenta lill-ħaddiema mill-ġdid. Dan wara li fl-aħħar ġimgħat numru sostanzjali ta’ ħaddiema rriżenjaw mill-General Workers’ Union (GWU). Mindu l-GWU bdiet tirrapreżenta lill-ħaddiema f’Ġunju tas-sena li għaddiet, il-problemi u t-tħassib fost il-ħaddiema dwar il-mod kif kienet taġixxi l-union l-oħra ma…
Il-UĦM se tattendi bi ħġarha għall-Protesta Nazzjonali kontra l-Korruzzjoni
Il-UĦM Voice of the Workers se tkun qed tieħu sehem fil-protesta nazzjonali kontra l-korruzzjoni li ħakmet dan il-pajjiż. Josef Vella, Kap Eżekuttiv tal-UĦM Voice of the Workers fisser li dawn il-diversi inċidenti qed jirriflettu fi kriżi ta’ governanza. Josef Vella qal li l-korruzzjoni għandha ħafna wċuħ, mhux biss f’dak finanzjarju, anki jekk inbagħbsu mad-demokrazija u l-proċessi tal-eżekuttiv tal-pajjiż,…
Il-UĦM Voice of the Workers u s-CMTU jiktbu lill-Ministru Helena Dalli
Il-UĦM Voice of the Workers u s-CMTU bagħtu ittra konġunta lill-Ministru Helena Dalli rigward il-pożizzjoni tat-Tribunal Industrijali. F’din l-ittra huma elenkaw li matul il-laqgħa mal-Employment Relations Board (ERB) kienu diġa tressqu lmenti dwar punti mressqa min-naħa tal-Gvern u li ma kienx hemm qbil dwarhom. Dan minħabba li każijiet pendenti li hemm quddiem it-tribunal jistgħu jiġu…
Recent Comments