22 ta’ Ġunju, 2016 Il-UĦM Voice of the Workers tiddeplora l-inċident li seħħ f’Villa Chelsea nhar it-Tlieta 21 ta’ Ġunju, u turi l-solidarjeta’ mal-ħaddiema kollha li jaħdmu fil-qasam soċjali. Dan wara li numru ta’ professjonisti membri tagħha sfaw imweġġa’ ġewwa din l-istituzzjoni. Il-union tħoss li dan l-inċident, fost oħrajn, sar minħabba n-nuqqas ta’ secure units….
Month: June 2016
Ħtieġa li jkun pubblikat Household Budgetary Survey iżjed aġġornat
“Jeħtieġ li jkun pubblikat Household Budgetary Survey ieħor għax l-aħħar wieħed ilu skadut sa mill-2008.” Dan kien l-appell li sar minn Josef Vella, Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers f’konferenza tal-aħbarijiet li matulha l-union tat ir-reazzjoni uffiċjali tagħha għar-rapport tal-Caritas bl-isem ta’ A Minimum Essential Budget for a Decent Living. Josef Vella stqarr…
Il-UĦM tingħata raġun mill-Qorti u tikkonferma l-kisba tar-rikonoxximent fil-Freeport
F’sentenza mogħtija mill-Imħallef Laurence Mintoff fil-Qorti, il-UĦM Voice of the Workers ingħatat konferma tar-rikonoxximent fil-Freeport. Għaldaqstant il-UĦM tista’ tgħid, b’wiċċha minn quddiem, li minbarra r-riżultat favuriha tal-elezzjoni li saret fil-bidu ta’ Mejju, ir-rikonoxximent mid-Direttur tax-Xogħol kif ukoll ir-rikonoxximent mill-management tal-Freeport, issa sa fl-aħħar saret ġustizzja għax il-Qorti għarfet li l-UĦM Voice of the Workers tassew…
Reazzjoni mill-UĦM Voice of the Workers għall-artikli li deheru fuq il-Media
Wara li l-UĦM Voice of the Workers analizzat l-artikli li deheru fuq il-Media, il-union tixtieq tirrimarka li: Il-Ministru Chris Fearne jidher li mhux konxju li d-dipartiment kien qiegħed jiltaqa’ mal-UĦM u laħaq ftehim miegħu. Għaldqastant, l-azzjonijiet ilhom li twaqqfu aktar minn xahar. L-azzjonijiet kienu hemm sabiex id-Dipartiment l-Emerġenza ma jagħlaqx. Dan għaliex in-numru tad-dentisti li…
Recent Comments