Il-UĦM Voice of the Workers tixtieq tavża li mill-1 ta’ Awwissu sa t-2 ta’ Settembru (dati nklużi), l-uffiċċju tal-union se jkun miftuħ mit-8.00am sa 12.00pm. Grazzi tal-koperazzjoni.
Month: July 2016
Il-UĦM tikkundanna deċiżjoni li ttieħdet b’mod mgħaġġel
Il-UĦM Voice of the Workers ġiet avviċinata minn diversi ħaddiema tal-Malta Freeport Terminal li jinsabu inkwetati bid-dikjarazzjoni tal-Prim Ministru li saret il-bierah. F’konferenza organizzata minn Ernst & Young, il-Prim Ministru Joseph Muscat, b’mod ċar, iddikjara li ma jaqbilx li l-Freeport Terminal ikompli jikber u jestendi. Il-Malta Freeport Terminal jaħdem f’industrija kompetittiva fejn il-bastimenti tal-merkanzija qegħdin…
Il-UĦM Voice of the Workers ma tiffirmax kuntratti li ma tkunx rat
F’ittra li bagħtet lil membri mit-Taqsima tas-Saħħa, il-UĦM Voice of the Workers spjegat il-pożizzjoni tagħha u għamlitha ċara li mhux se tiffirma ftehim mal-Gvern dwar il-PPPs. Dan sakemm il-kuntratt oriġinali ma jiġix ippubblikat u mpoġġi taħt l-iskrutinju tal-Uffiċċju tal-Verifika (NAO). Gian Paul Gauci, Assistent Direttur, fisser x’ġara fin-negozjati mal-Ministeru tas-Saħħa u x’inhi r-raġuni wara din…
Recent Comments