Il-UĦM Voice of the Workers ingħatat l-għarfien ewlieni sabiex tirrapreżenta lill-ħaddiema tal-Awtorita’ għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA). Dan ir-rikonoxximent kien possibbli wara proċess ta’ verifikazzjoni li permezz tiegħu l-UĦM ġiet konfermata li hi għandha l-maġġoranza ta’ membri fil-gradi tekniċi u klerikali fi ħdan din l-Awtorita’. Il-maġġoranza assoluta tal-ħaddiema tat fiduċja lill-UĦM tant li ħafna ssieħbu magħha wara…
Month: October 2016
Il-UĦM tipparteċipa f’konferenza nazzjonali dwar l-investiment f’Malta
F’konferenza nazzjonali bit-tema The Future is Today: EY’s Malta Attractiveness Survey 2016, organizzata minn Ernst & Young, Josef Vella, Kap Eżekuttiv tal-UĦM Voice of the Workers fost oħrajn ipparteċipa f’diskussjoni li matulha ġiet trattata l-importanza tal-ħiliet u l-kapital uman fis-suq tax-xogħol. Dan fl-isfond tal-ħidma biex Malta tattira investituri ħalli joħolqu aktar xogħol b’valur miżjud. L-avveniment…
Il-UĦM Voice of the Workers tordna azzjonijiet industrijali fil-Qorti
Il-UĦM Voice of the Workers tirreferi għall-proposta li din l-istess Union kienet ressqet xi żmien ilu sabiex isservi bħala bażi għall-ftehim dwar il-ħaddiema li jaħdmu bħala Marixxalli u Purtiera fil-Qrati tal-Ġustizzja. Din il-Union qed tipproponi li jkun hemm il-ħlas ta’ allowance sabiex tikkumpensa għall-ħinjiet addizzjonali li jinħadmu wara l-ħin normali tax-xogħol, kif ukoll li l-ħlas…
Recent Comments