Ftit wisq tard ħafna

F’laqgħa ta’ konċiljazzjoni li saret illum f’12 p.m. bejn il-management tal-Awtorita’ tax-Xandir u rappreżentanti minn UĦM Voice of the Workers, irriżulta li ma ntlaħaq ebda qbil fuq is-sitwazzjoni preżenti f’din l-Awtorita’. Għal din  il-laqgħa ċ-Chairperson  ma kinitx preżenti. Matul  din il-laqgħa ta’ madwar siegħa, il-management tal-Awtorita’ offra li r-rwol taċ-Chairperson Tanya Borg Cardona jiġi llimitat…

Il-UĦM Voice of the Workers preżenti fil-laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv tal-ETUC li saret f’Malta

Il-Konfederazzjoni Ewropea tat-Trade Unions (ETUC) laqqgħet il-Kumitat Eżekuttiv tagħha bejn l-Erbgħa 15 u l-Ħamis 16 ta’ Marzu 2017. Il-UĦM Voice of the Workers, li wkoll hi membru fl-ETUC, attendiet din il-laqgħa flimkien ma’ rappreżentanti mill-Konfederazzjoni tat-Trade Unions Maltin (CMTU). Il-Prim Ministru Joseph Muscat indirizza l-laqgħa u qal li Ewropa mingħajr drittijiet soċjali hi Ewropa bla…