Ippreżentata ittra ta’ protesta dwar il-qagħda fl-Awtorita’ tax-Xandir lill-PM u lill-Membri Parlamentari

Uffiċjali minn UĦM Voice of the Workers, flimkien ma’ ħaddiema tal-Awtorita’ tax-Xandir, ippreżentaw ittra lill-Prim Ministru, lill-Kap tal-Oppożizzjoni u lill-membri miż-żewġ naħat tal-Kamra tar-Rappreżentanti qabel ma bdiet seduta parlamentari li matulha ġie diskuss l-Abbozz ta’ Liġi dwar il-Media u d-Defamazzjoni. Il-preżentazzjoni tat-tieni ittra mill-ħaddiema lill-Prim Ministru saret biex tkompli tkun enfasizzata s-sitwazzjoni preżenti tal-ħaddiema fl-Awtorita’…