“Jekk indawru wiċċna għall-allegati każi ta’ korruzzjoni f’pajjiżna, ma nkunux qed nagħtu servizz lill-ħaddiema u fl-istess nifs inkunu qed inwasslu messaġġ ħażin”. Kliem Josef Vella, il-Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers f’diskors waqt konferenza fl-okkażjoni ta’ Jum il-Ħaddiem li saret f’Torre Paulina, il-Madliena l-Ġimgħa 28 ta’ April 2017. Josef Vella fisser li l-UĦM…
Month: April 2017
Ħaddiema f’żewġ taqsimiet ta’ Consolidated Biscuit Co. Ltd. se jgawdu minn titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol
Il-UĦM Voice of the Workers u l-kumpanija Consolidated Biscuit Co. Ltd. iffirmaw żewġ ftehim li permezz tagħhom il-ħaddiema ta’ żewġ taqsimiet fil-kumpanija se jgawdu minn titjib, mhux biss fis-salarji tagħhom, imma anki fil-kundizzjonijiet tax-xogħol. Mill-ftehim se jibbenefikaw dawk il-ħaddiema li jkunu fix-shop floor u li allura jipproduċu l-gallettini, il-galletti u s-savoury snacks. Innovazzjoni li ħarġet…
Ftit wisq… Tard ħafna
Il-UĦM Voice of the Workers għada ser tipparteċipa għal-Protesta Nazzjonali dan minħabba l-fatt tal-avvenimenti ripetuti dawn l-aħħar xhur u snin fejn qed ikun hemm allegazzjonijiet serji ta’ korruzzjoni. Il-UĦM Voice of the Workers tinnota li, l-bogħod minn l-allegazzjonijiet li qeghdin isiru, jidher biċ-ċar li l-istituzzjonijiet ta pajjiżna inkarigati milli jinvestigaw tali allegazzjonijiet mhux qeghdin jerfgħu…
Ikkundannat każ vjolenti li seħħ fuq xufier tal-MPT
Il-UĦM Voice of the Workers tikkundanna l-aggressjoni bi vjolenza li saret fuq xufier tal-Malta Public Transport (MPT) fit-terminus tal-Belt fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet. Din il-union tesprimi solidarjeta’ ma’ dan il-ħaddiem għax, minn tagħrif li għandha, kien qed jaqdi dmiru kif suppost u spiċċa mhux biss biex ġie insulentat iżda wkoll ġarrab ġrieħi permezz ta’…
Il-carers mal-anzjani jagħtu servizz mitqlu deheb
“Il-carers huma ħolqa importanti fil-qasam tas-saħħa u jagħtu servizz mitqlu deheb b’risq il-kura u l-ħarsien tal-anzjani”. Dikjarazzjoni minn UĦM Voice of the Workers b’reazzjoni għall-konferenza tal-aħbarijiet li saret mill-Union Maltija għall-Qwiebel u l-Infermieri (MUMN) nhar it-Tlieta 11 ta’ April 2017. Din il-union innotat il-lingwaġġ li ntqal fil-konferenza tal-aħbarijiet u li matulha ntużaw aġġettivi mhux xierqa…
Tkaxkir tas-saqajn fil-konklużjoni ta’ ftehim kollettiv għall-ħaddiema tal-MIA
Il-UĦM Voice of the Workers flimkien mal-General Workers’ Union (GWU) se jkunu qed jirreġistraw tilwima industrijali mad-Direttur tad-Direttorat għall-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali (DIER) għax mhux qed jintlaħaq qbil fin-negozjati biex ikun iffirmat ftehim kollettiv għall-ħaddiema tal-kumpanija li tmexxi l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta (MIA). Dawn in-negozjati fuq il-ftehim kollettiv kienu ilhom għaddejjin għal aktar minn tliet…
Id-Deputati Reġistraturi tal-Qorti dalwaqt se jgawdu minn titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol
Il-UĦM Voice of the Workers laħqet bażi ta’ ftehim mal-Gvern u l-Qorti dwar il-kwistjoni tad-Deputati Reġistraturi. Permezz ta’ dan il-qbil, ser jkun iffirmat ftehim settorali ġdid għal dawn il-ħaddiema bl-iskop li tinħoloq struttura sabiex l-istess ħaddiema jibbenefikaw minn żidiet, kemm fil-paga kif ukoll fl-allowances tagħhom. Intant dan il-ftehim se jkun spjegat lill-ħaddiema, membri fil-UĦM, fil-jiem…
Recent Comments