Il-carers mal-anzjani jagħtu servizz mitqlu deheb

“Il-carers huma ħolqa importanti fil-qasam tas-saħħa u jagħtu servizz mitqlu deheb b’risq il-kura u l-ħarsien tal-anzjani”. Dikjarazzjoni minn UĦM Voice of  the Workers b’reazzjoni għall-konferenza tal-aħbarijiet li saret  mill-Union Maltija għall-Qwiebel u l-Infermieri (MUMN) nhar it-Tlieta 11 ta’ April 2017. Din il-union innotat il-lingwaġġ li ntqal fil-konferenza tal-aħbarijiet u li matulha ntużaw aġġettivi mhux xierqa…