Il-UĦM illum tagħlaq 51 sena – aktar minn nofs seklu ta’ impenn u ħidma bla waqfien biex ipprovdiet l-aħjar servizzi lill-membri tagħha. Din il-union taf il-bidu tagħha fid-29 ta’ Settembru 1966 meta Salvinu Spiteri u Maurice Agius, flimkien ma’ diversi ħaddiema oħrajn, waqqfu l-Malta Government Clerical Union. Sussegwentament din saret il-Malta Government Employees Union…
Month: September 2017
Strateġija sostenibbli għall-eżistenza tal-Airmalta u mhux theddid lill-impjieg tal-ħaddiema
“Il-Gvern għandu jfittex li jsib l-aħjar strateġija bi pjani konkreti għall-futur tal-Airmalta u mhux jhedded lill-ħaddiema bit-tkeċċija tagħhom jekk ma jaqblux ma’ dak li jiġi offrut lilhom”. Il-UĦM Voice of the Workers tistqarr dan b’reazzjoni għal dak li qal Konrad Mizzi, il-Ministru għat-Turiżmu, lill-ġurnal MaltaToday dwar il-futur tal-Air Malta. Il-UĦM Voice of the Workers tiddeplora…
Aktar ħaddiema jagħtu fiduċja lil UĦM Voice of the Workers biex tirrapreżentahom
Il-UĦM għadha kemm kisbet ir-rikonoxximent ta’ tliet gruppi ta’ ħaddiema f’setturi ta’ xogħol differenti. L-ewwel grupp jikkonċerna impjegati tal-kumpanija Signal 8 Security, li jaqdu dmirijiet bħala mooring men mal-Gozo Channel. Dawn il-ħaddiema issa ġew organizzati u waqqfu kumitat, tant li ħejjew diversi laqgħat biex jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom. Grupp ieħor ta’ ħaddiema rikonoxxut mill-UĦM hu…
Recent Comments