Il-UĦM Voice of the Workers bħalissa qed tordna numru ta’ azzjonijiet industrijali għall-Ispiżjara tal-Gvern peress li l-Ministeru tas-Saħħa ddeċieda li jinjora għal kollox il-Ftehim Kollettiv bejn il-Gvern u din il-union. Mhux hekk biss għax il-Gvern ħareġ diversi sejħiet, kif għoġbu hu, bl-iskop li jagħżel nies li mhumiex kwalifikati ħalli jagħmlu x-xogħol skont l-istess ftehim. Dan…
Month: October 2017
Ejja ma ninħakmux mill-biżgħa u mill-omerta’
“Minn saltna tad-dritt, qed nesperjenzaw saltna tal-biżgħa u se niġu f’sitwazzjoni fejn l-omerta’ tirrenja”. Kliem Josef Vella, il-Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers, waqt laqgħa tal-Bord Eżekuttiv tal-union li tlaqqa’ l-Ġimgħa 20 ta’ Ottubru. L-aġenda tal-laqgħa suppost kellha tkun ir-reazzjoni tal-UĦM Voice of the Workers għall-Budget 2018. Imma l-union kienet tkun insensittiva li…
Bżonn urġenti li nindirizzaw l-isfidi fis-settur edukattiv
“Irridu nindirizzaw l-isfidi fis-settur edukattiv u jekk ma nidħlux għalihom b’mod nazzjonali nkunu qed nagħmlu disservizz fil-futur”. Dan qalu Josef Vella, il-Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers, f’laqgħa li kellu Robert Arrigo, kandidat għall-elezzjoni ta’ Viċi Kap għall-Affarijiet tal-Partit Nazzjonalista, mal-UĦM Voice of the Workers fil-Head Office tal-Union, il-Furjana l-Ġimgħa 13 ta’ Ottubru…
Kundizzjonijiet aħjar għall-ħaddiema ta’ Jobs Plus
Il-UĦM Voice of the Workers u Jobs Plus iffirmaw ftehim kollettiv li permezz tiegħu l-ħaddiema se jgawdu minn titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol u fis-salarji tagħhom. F’laqgħa li saret fil-Head Office ta’ Jobs Plus f’Ħal Far it-Tlieta 10 ta’ Ottubru, iż-żewġ naħat irringrazzjaw lil kulmin ikkontribwixxa biex intlaħaq qbil dwar dak li ġie negozjat b’risq il-progress fil-karriera…
Budget bla direzzjoni f’numru ta’ oqsma
Il-UĦM Voice of the Workers tirreaġixxi għad-diskors tal-budget u tistqarr li rat nuqqas ta’ direzzjoni f’numru ta’ oqsma, bħall-importazzjoni tal-ħaddiema meta din il-union ippreżentat proposta biex telimina l-abbuż. Il-union kienet ipproponiet li l-kuntratti tax-xogħol jiġu reġistrati online. Dwar il-koperattivi tal-ħaddiema, il-Gvern ma semma xejn speċjalment meta l-union ipprononiet koperattivi fil-qasam tas-saħħa sabiex tiżdied l-effiċjenza fis-servizz…
Is-surplus għandu jiżdied bi pjan ekonomiku fit-tul
“Is-surplus għandu jiżdied b’riformi strutturali fl-ekonomija u bi pjan ekonomiku fit-tul.” Dan qalu Josef Vella, il-Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers f’konferenza tal-aħbarijiet li matulha il-proposti ta’ din il-union għas-sena d-dieħla ġew ippreżentati lill-media. Il-Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers staqsa min qed igawdi mis-surplus li tħabbar mill-Gvern f’ekonomija li sejra…
Titjib fil-kundizzjonijiet tal-ħaddiema fl-Arkivju Nazzjonali
Il-ħaddiema li jaħdmu fl-Arkivju Nazzjonali, ir-Rabat se jgawdu minn titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom. Dan wara li ġie ffirmat ftehim kollettiv bejn il-UĦM Voice of the Workers u t-tmexxija tal-Arkivju Nazzjonali. Isabelle Farrugia, Employment Relations Manager, fissret li dan il-ftehim ikopri l-perijodu 2017-2020. Filwaqt li jibni fuq oħrajn preċedenti, minn dan il-ftehim il-ġdid il-ħaddiema se jgawdu…
Il-UĦM Voice of the Workers preżenti waqt il-Freshers’ Week tal-MCAST
Uffiċjali minn UĦM Voice of the Workers attendew u pparteċipaw fil-Freshers’ Week tal-Kulleġġ Malti għall-Arti, ix-Xjenza u t-Teknoloġija (MCAST) f’Raħal Ġdid it-Tnejn 2 ta’ Ottubru 2017. Għal din l-okkażjoni qed jintuża l-mobile office tal-union. Fi stand armat tal-apposta matul l-ewwel jum tal-Freshers’ Week, Mario Sacco u Isabelle Farrugia, Employment Relations Senior Manager u Employment Relations…
Recent Comments