Europe needs new development plan. The European Union, which recently undergoes many changes, has to find new leaders, new teams who will be able to respond creatively to the modern challenges. This is the only way to realise the projects of future. This year in September young leaders from all over the Europe worked on…
Month: November 2017
Diskriminazzjoni fost il-ħaddiema fil-Wasteserv
Il-UĦM Voice of the Workers, tisħaq dwar l-importanza li l-ftehim kollettiv tal-Wasteserv ikun implimentat kollu bl-ebda distinzjoni fost il-ħaddiema. Il-UĦM u l-Wasteserv irnexxilhom jindirizzaw id-diskriminazzjoni bejn ħaddiema tal-Wasteserv u dawk tal-kuntrattur li qed jagħtu servizz f’din il-kumpanija. Dan sar bi ftehim, li kien storiku, u li kien ta’ sodisfazzjon għall-ħaddiema kollha mingħajr distinzjoni. Sfortunatament l-istorja irrepetiet…
Seminar tal-UĦM jiddiskuti l-importanza tad-drittijiet soċjali
Il-UĦM Voice of the Workers, b’kollaborazzjoni maċ-Ċentru Ewropew għall-Mistoqsijiet tal-Ħaddiema (EZA), organizzat seminar ta’ jumejn dwar il-kontribut ta’ organizzazzjonijiet tal-ħaddiema fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. L-avveniment sar fil-Lukanda Cavalieri, San Ġiljan bejn il-Ħamis 23 u l-Ġimgħa 24 ta’ Novembru 2017. Fl-introduzzjoni ta’ dan is-seminar, Josef Vella, il-Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers, stqarr, fost…
Iffirmat ftehim kollettiv ġdid għall-ħaddiema tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika
Wara xhur ta’ negozjati, it-Taqsima tal-Entitajiet Pubbliċi fi ħdan il-UĦM Voice of the Workers u l-management tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO), iffirmaw ftehim kollettiv ġdid għall-ħaddiema kollha f’dan l-uffiċċju għall-perijodu 2017-2024. Dan il-ftehim kollettiv ikompli jibni fuq dawk ta’ qablu u, fost oħrajn, qed itejjeb diversi kundizzjonijiet tax-xogħol għall-ħaddiema. Il-ftehim jinkludi kundizzjonijiet relatati ma’ family-friendly measures…
Kunsill tal-Ħiliet: għaliex le?
“Hemm bżonn ta’ Kunsill tal-Ħiliet sabiex ikunu analizzati dawk il-ħiliet fis-suq tax-xogħol għall-ġejjieni.” Dan qalu Josef Vella, il-Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers, f’seminar organizzat mill-MEUSAC bit-tema The European Commission’s Reflection Paper on the Social Dimension of Europe li sar fil-Lukanda Palace, Tas-Sliema l-Ħamis 9 ta’ Novembru 2017. Fl-introduzzjoni tas-seminar, Vanni Xuereb, il-Kap…
Il-ħaddiema huma s-sinsla tal-ekonomija
“Il-ħaddiema huma s-sinsla tal-ekonomija Maltija”. Kliem id-Deputat Nazzjonalista Toni Bezzina, kandidat għall-elezzjoni ta’ Viċi Kap għall-Ħidma fil-Partit, f’laqgħa li kellu mal-uffiċjali ta’ UĦM Voice of the Workers fil-Head Office tal-UĦM, il-Furjana l-Ġimgħa 3 ta’ Novembru 2017. Għal Toni Bezzina, il-UĦM hi t-tieni dar tiegħu u stqarr li l-ħaddiema huma l-qalba tas-soċjeta’ Maltija. Hu qal li qabel…
Recent Comments