“Id-deal li sar bejn il-VGH għal għand Steward Health Care iqanqal diversi dubji.” Dan qalu Josef Vella, il-Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers f’intervista waqt il-programm Net Live fuq Net Television nhar il-Ħamis 21 ta’ Diċembru 2017. Josef Vella irreaġixxa għall-aħbar li Steward Health Care se tieħu r-riedni minn fuq il-VGH sabiex tkun…
Month: December 2017
Prospetti sbieħ għall-UĦM Voice of the Workers fl-2018
“Il-futur ta’ din il-union hu kbir għax qiegħda hemm biex tagħti servizz ġenwin lill-ħaddiema li għandhom bżonn”. Dan qalu Josef Vella, il-Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers, f’diskors qasir waqt riċeviment għad-delegati tal-union li sar fl-Istitut Kattoliku, il-Furjana nhar it-Tlieta 19 ta’ Diċembru 2017. Josef Vella rringrazzja lid-delegati kollha preżenti tal-għajnuna u s-servizz…
Aktar għarfien lill-ħaddiema biex jevitaw il-periklu fil-post tax-xogħol
“Hemm bżonn li nsaħħu l-għarfien, permezz tax-shop stewards, dwar minn xiex jgħaddu l-ħaddiema u kif dawn jevitaw il-periklu fil-post tax-xogħol”. Dan qalu Jesmond Bonello, Direttur ta’ UĦM Voice of the Workers, f’konferenza tal-aħbarijiet, li matulha tħabbru dettalji dwar il-proġett Unions for Health and Safety. L-avveniment sar fil-bini tal-General Workers’ Union (GWU), il-Belt it-Tnejn 18 ta’ Diċembru…
Id-drittijiet tal-bniedem ma jirtirawx fl-anzjanità!
Hekk kif id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem qed tfakkar is-70 anniversarju mit-tnedija tagħha, il-provvedimenti tagħha ma jiskadu qatt. Fl-okkażjoni ta’ Jum id-Drittijiet tal-Bniedem, AGE Platform Europe tfakkar li kull bniedem għad għandu l-istess drittijiet, illum u dejjem. L-organizzazzjoni qed tisfrutta din l-okkażjoni sabiex tniedi l-verżjoni sħiħa tal-Older Persons self-advocacy handbook li jtejjeb il-qagħda tal-anzjani sabiex jifhmu…
Appell liż-żgħażagħ biex jagħtu kas tal-Pensjoni tat-Tieni Pilastru
“Wasslu l-messaġġ liż-żgħażagħ fil-familji tagħkom sabiex jagħtu widen dwar il-pensjonijiet, partikularment il-Pensjoni tat-Tieni Pilastru”. Dan sostnih Josef Vella, il-Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers, waqt riċeviment organizzat mit-Taqsima Pensjonanti tal-UĦM Voice of the Workers, li sar f’Villa Arrigo, in-Naxxar il-Ħamis 14 ta’ Diċembru 2017. Josef Vella stqarr li fid-dawl tal-qagħda tal-pensjonijiet f’pajjiżna bħalissa, iż-żgħażagħ…
Attivita’ soċjali għall-ħaddiema tal-UĦM u tal-FSS f’Torre Paolina, il-Madliena nhar is-Sibt 23 ta’ Settembru 2017
Il-ħaddiema tal-Caritas se jgawdu minn titjib fis-salarji permezz ta’ ftehim kollettiv ġdid
Il-ħaddiema fi ħdan il-Caritas se jibbenefikaw minn salarji u kundizzjonijiet aħjar wara ftehim kollettiv li ġie ffirmat fil-jiem li għaddew minn UĦM Voice of the Workers u l-istituzzjoni tal-Knisja li taħdem qatigħ biex tippromwovi l-iżvilupp tal-bniedem u l-ġustizzja soċjali. Dan il-ftehim ġie spjegat u approvat mill-maġġoranza tal-ħaddiema f’laqgħa li saret ftit ġranet qabel l-iffirmar. It-Taqsima…
Il-ħaddiema tal-MIP se jibbenefikaw minn fond annwali ta’ €25,000 fit-taħriġ kontinwu
Fond ta’ €25,000 fis-sena għal taħriġ kontinwu tal-ħaddiema li jaħdmu mal-Malta Industrial Parks (MIP) hu wieħed mill-kisbiet li tħabbru waqt l-iffirmar ta’ ftehim kollettiv li sar bejn il-UĦM Voice of the Workers u l-MIP. Dan il-ftehim kollettiv ġie ffirmat wara sensiela ta’ laqgħat li saru bejn it-Taqsima Entitajiet Pubbliċi fi ħdan il-UĦM, il-management tal-MIP u…
Xufier tal-MPT jgħoddha b’waħda
Xufier tal-Malta Public Transport (MPT) jgħoddha b’waħda hekk kif ix-xarabank li kien fiha ħadet in-nar. Il-każ seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-10.10 a.m. meta x-xufier kien għadu kif startja x-xarabank. F’daqqa waħda kollega tax-xufier ġibditlu l-attenzjoni għax, x’aktarx kawża ta’ xi ħsarat, żviluppa nar mix-xarabank li malajr infirex. Fil-pront issejħet fire engine mill-istazzjon tal-Furjana tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u…
Jitħabbru azzjonijiet industrijali ġewwa Transport Malta
Il-UĦM Voice of the Workers illum irreġistrat tilwima industrijali mal-Awtorita’ tat-Transport (TM) dwar in-nuqqas ta’ qbil fuq tliet ftehim kollettivi. Għalkemm saru diversi laqgħat ta’ negozjati, kemm mal-management tal-istess Awtorita’ kif ukoll mal-Industrial Relations Unit li hu organu li jinnegozja f’isem il-Gvern Ċentrali, ma ntlaħaqx qbil fuq tliet ftehim kollettivi li ilhom li skadew sa mill-2015….
Recent Comments