Wara t-tilwima industrijali li rreġistrat mal-Wasteserv, il-UĦM Voice of the Workers b’sodisfazzjon ġiet infurmata li l-kumpanija fil-pront ħadet il-passi meħtieġa sabiex tagħti sensiela ta’ dati ħalli n-negozjati tal-ftehim kollettiv il-ġdid jissoktaw minnufih. Dawn in-negozjati ma jindirizzawx biss il-ħaddiema tal-Wasteserv, imma anki dawk il-ħaddiema li jaħdmu mal-kuntrattur li jipprovdi servizzi lill-kumpanija. Il-union qed ikollha taħditiet mal-management…
Month: January 2018
Ħtieġa li jissoktaw il-laqgħat dwar ftehim kollettiv ġdid għall-ħaddiema tal-Wasteserv
Il-UĦM Voice of the Workers, bħala l-union rikonoxxuta fil-Wasteserv bi dritt li tinnegozja f’isem il-ħaddiema kollha tal-kumpanija, qed tagħmel pressjoni sabiex jitkomplew il-laqgħat tal-ftehim kollettiv il-ġdid. Jekk il-laqgħat msemmija ma jiġux skedati, din il-union lesta li tintroduċi direttivi mal-kumpanija kollha minn nhar il-Ħamis l-1 ta’ Frar 2018. Sadanittant il-UĦM Voice of the Workers qed tiddiskuti…
Il-UĦM ittejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-impjegati tal-Melita Ltd.
It-Taqsima tal-Manifattura u Kummerċ fi ħdan il-UĦM Voice of the Workers għadha kemm iffinalizzat it-tiġdid tal-ftehim kollettiv mal-kumpanija Melita Ltd. Dan hu t-tielet ftehim li l-UĦM innegozzjat mal-Melita Ltd., bil-ħaddiema tal-kumpanija qed ikomplu jtejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom b’garanzija ta’ żidiet fil-pagi għat-tlitt snin li ġejjin. Harald Rösch, il-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija Melita Ltd. stqarr kemm hu kuntent bil-ħaddiema…
Inġustizzja mal-gwardjani Lokali
Jintalbu japplikaw biex jerġgħu jiġu impjegati fl-istess pożizzjoni Il-UĦM Voice of the Workers tinsab mħassba ħafna dwar proċess ta’ impjieg mill-ġdid li qed jolqot il-gwardjani lokali li preżentament jaħdmu mal-kumpanija G4S. Dawn il-gwardjani jaqdu dmirhom mal-LESA permezz ta’ kuntratt li ngħata lil G4S. Issa dan l-aħħar intalbu japplikaw direttament mal-LESA sabiex ikunu jistgħu jieħdu…
Ħtieġa ta’ spjegazzjoni mill-Gvern dwar il-mekkaniżmu fiż-żieda tal-prezz tal-gass
Il-UĦM Voice of the Workers qed titlob lill-Gvern sabiex jagħti spjegazzjoni ta’ kif jaħdem il-mekkaniżmu dwar iż-żieda fil-prezz tal-gass. F’konferenza tal-aħbarijiet li saret fil-bidu ta’ din il-ġimgħa, il-Gvern ħabbar li l-prezz ta’ ċilindru gass ta’ 12-il kilogramma se jiżdied b’€0.50, jiġifieri ġie jiswa €16. B’reazzjoni għal din l-aħbar, il-UĦM Voice of the Workers tosserva li skont…
Ordnati azzjonijiet industrijali fil-FSWS
Il-UĦM Voice of the Workers ordnat azzjonijiet industrijali fil-Fondazzjoni tas-Servizzi għall-Ħarsien Soċjali (FSWS) peress li ma kienx hemm żviluppi fin-negozjati biex iwasslu għat-tiġdid tal-ftehim kollettiv għall-ħaddiema. Il-management tal-Fondazzjoni ġie mgħarraf bl-azzjonijiet il-Ġimgħa 5 ta’ Jannar 2018 permezz ta’ email indirizzata lil Alfred Grixti, Kap Eżekuttiv tal-FSWS. Għaldaqstant din il-union ordnat numru ta’ direttivi fil-FSWS, Santa…
Recent Comments