Fid-dawl tal-kwistjoni li rrenjat fost il-ħaddiema tal-JF li jaħdmu fil-Wasteserv, nappella lill-Gvern biex jagħti widen u jinħoloq fond amministrattiv dwar il-protezzjoni tal-pagi Dan qalu Josef Vella, il-Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers f’diskors waqt konferenza biex tfakkar Jum il-Ħaddiem fl-Istitut Kattoliku, il-Furjana l-Ġimgħa 27 ta’ April 2018. Josef Vella tkellem dwar il-prekarjat li…
Month: April 2018
Jokorbu biex jitħallsu dak li hu dovut lilhom
Ħaddiema tal-kuntrattur, li jaqdu dmirhom bħala uffiċjali tas-sigurta’ fit-terminals tal-kumpanija Gozo Channel, ilhom aktar minn xahar u nofs bi ħlasijiet neqsin fuq xiftijiet li ħadmu fil-ħdud u l-festi. Dawn l-impjegati u membri tal-UĦM Voice of the Workers sfaw vittmi ta’ kuntratt maħruġ b’kundizzjonijiet differenti minn dak ta’ qabel, u għalhekk qed ibatu kundizzjonijiet ta’ xogħol…
Aktar sforzi biex tonqos id-diskrepanza fis-salarji bejn l-irġiel u n-nisa
F’konferenza bit-tema Closing the Gender Pay Gap, li saret fil-Palazz San Anton, Ħ’Attard il-Ġimgħa 20 ta’ April 2018, tħabbar li malli l-ħaddiema rġiel u nisa jsiru ġenituri, id-differenza fis-salarji tagħhom togħla minn sitta sa 16.6 fil-mija. Skont tagħrif ġdid li ġie provdut, in-nisa li jaħdmu fis-setturi tal-finanzi u tal-IT jispiċċaw agħar mill-kollegi rġiel fi…
Il-ħaddiema fl-MCCAA se jgawdu minn titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol
Il-UĦM Voice of the Workers flimkien mal-General Workers’ Union (GWU) u l-Awtorita’ Maltija għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) iffirmaw ftehim kollettiv ġdid għall-ħaddiema tal-Awyorita’. Dan il-ftehim kollettiv, validu għal erba’ snin, ikompli fuq dak ta’ qablu u l-ħaddiema se jibbenefikaw minn ħafna titjib fosthom żidiet fis-salarji li jirriflettu x-xejriet kurrenti. Opportunitajiet għal tisħiħ fil-karriera kif…
Il-UĦM tikseb ir-rikonoxximent f’żewġ postijiet tax-xogħol
Il-UĦM Voice of the Workers qed issarraf il-ħidma siewja tagħha b’membri ġodda li qed juru l-fiduċja tagħhom f’aktar postijiet tax-xogħol. Din il-Union, nhar it-Tnejn 9 ta’ April 2018, għamlet żewġ eżerċizzji ta’ verifika u ġabet il-maġġoranza tal-membri, fost il-cabin attendants tal-kuntrattur li jaħdmu fuq il-vapuri tal-Gozo Channel, kif ukoll mal-kustodji tal-Konkatidral ta’ San Ġwann. Ramon…
Ħaddiema mal-kuntrattur fil-Wasteserv għadhom jistennew il-paga ta’ Marzu
Għexieren ta’ ħaddiema li jaħdmu mal-kuntrattur fil-Wasteserv għadhom qed jistennew il-paga li suppost inħarġet nhar l-Erbgħa 28 ta’ Marzu 2018. Filwaqt li l-kuntrattur qed jikkonferma li t-trasferimenti saru kollha, jidher li min-naħa tal-Banif Bank il-pagi nżammu u ma ngħatawx lill-ħaddiema. Il-Bank qal li qed jimxi skont parir legali tal-avukati tiegħu u żamm il-bibien magħluqin għal ħamest…
Recent Comments