Xiftijiet inumani fl-impjant tal-Malta North tal-Wasteserv

Il-UĦM Voice of the Workers irreġistrat tilwima industrijali mal-Wasteserv wara li l-kumpanija, minn jeddha u mingħajr l-ebda konsultazzjoni mal-UĦM, ippermetiet l-introduzzjoni ta’ xiftijiet inumani fejn il-ħaddiema saħansitra jkollhom jibdew il-ħidma tagħhom fis-1 a.m. Dawn il-ħaddiema, magħrufin fil-Wasteserv bħala dawk tad-D-Shift, ingħataw kundizzjonijiet inqas minn kollegi tagħhom, kemm b’nuqqas ta’ allowances, vacation leave, ħlas tal-Ħdud, kif…