Il-UĦM Voice of the Workers tisħaq fi stqarrija li n-negozjati dwar il-ftehim kollettiv tal-Ispiżjara qed jieħdu wisq fit-tul. Dan wara li n-naħa tal-Gvern naqqset, għal aktar minn darba, biex tressaq il-kontro-proposti għal dak li pproponiet il-union. Kien dan il-fatt li wassal lil UĦM Voice of the Workers biex mill-ġdid tordna numru ta’ direttivi b’effett minn nhar…
Month: November 2018
Il-UĦM tisħaq biex is-salarji tal-ħaddiema tal-kuntrattur mal-Gozo Channel ikunu salvagwardjati
Il-UĦM Voice of the Workers, it-Tlieta 27 ta’ Novembru 2018, ippreżentat mandat ta’ inibizzjoni fil-Qorti sabiex jiġu salvagwardjati s-salarji tal-ħaddiema li jaħdmu mal-kuntrattur Executive Security Services Ltd. abbord il-bastimenti tal-Gozo Channel. Din il-union kellha tasal għal din id-deċiżjoni għax il-kumpanija Gozo Channel neħħiet lill-ħaddiema membri tal-UĦM mir-roster għax dawn kienu qed isegwu direttivi leġittimi ordnati mill-istess…
Il-UĦM aġixxiet b’mod responsabbli u diliġenti
Joseph Castillo, Noel Ciantar, Martin Francalanza, Francis Laus, Dr. Rita Micallef, John Mifsud, Margaret Muscat, John Salamone Reynaud, Cynthia Scerri u Andrew Scicluna – ilkoll professjonisti fil-qasam tas-Saħħa – fl-2013 kien fetħu kawża għal danni pretiżi ta’ €500,000 kontra l-UĦM Voice of the Workers, fejn dehrilhom li:- Huma jitilgħu Skala u ma jħallu lil ħadd…
Il-UĦM tiltaqa’ mal-Kandidat tal-PN għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew Dione Borg
Bħala parti mill-kampanja elettorali tiegħu għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew, il-kandidat tal-Partit Nazzjonalista Dione Borg żar lill-UĦM Voice of the Workers fil-Floriana nhar il-Ħamis 8 ta’ Novembru 2018. Hu ntlaqa’ minn Josef Vella, Kap Eżekuttiv kif ukoll minn Jesmond Bonello, Direttur u minn Edwin Balzan, Assistent Direttur. Fl-introduzzjoni tiegħu, Dione Borg qal li l-Budget kif ippreżentat mill-Gvern…
Il-UĦM hi union li tibbaża l-policies tagħha fuq ir-riċerka u l-evidenza
Fi żjara ta’ kortesija li għamel Michael Briguglio, il-kandidat tal-PN għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew, lil UĦM Voice of the Workers nhar il-Ħamis 1 ta’ Novembru 2018, din il-union ġiet imfaħħra għall-kontribut tagħha fis-settur tax-xogħol u l-qasam soċjali. Michael Briguglio faħħar lil UĦM Voice of the Workers talli dejjem hi preżenti fid-djalogu soċjali u għax tibbaża l-policies…
Ordnati azzjonijiet industrijali fid-Dipartiment tat-Taxxa
It-Taqsima Ħaddiema tal-Gvern, fi ħdan il-UĦM Voice of the Workers, ħabbret li se tkun qed tordna azzjonijiet industrijali lill-ħaddiema li jaħdmu fid-Dipartiment tat-Taxxa b’seħħ minn nhar it-Tnejn 5 ta’ Novembru. Il-ħaddiema jinkludu dawk li jaħdmu fit-Tax Compliance Unit (TCU), accountants, revenue officers u VAT inspectors. It-Taqsima waslet għal din id-deċiżjoni minħabba dewmien esaġerat min-naħa tal-amministrazzjoni…
Recent Comments