Il-UĦM tisħaq biex is-salarji tal-ħaddiema tal-kuntrattur mal-Gozo Channel ikunu salvagwardjati

Il-UĦM Voice of the Workers, it-Tlieta 27 ta’ Novembru 2018, ippreżentat mandat ta’ inibizzjoni fil-Qorti sabiex jiġu salvagwardjati s-salarji tal-ħaddiema li jaħdmu mal-kuntrattur Executive Security Services Ltd. abbord il-bastimenti tal-Gozo Channel. Din il-union kellha tasal għal din id-deċiżjoni għax il-kumpanija Gozo Channel neħħiet lill-ħaddiema membri tal-UĦM mir-roster għax dawn kienu qed isegwu direttivi leġittimi ordnati mill-istess…