Il-kumpanija Steward Health Care qed iċċaħħad lill-professjonisti tagħha milli jkomplu jispeċjalizzaw u jagħtu servizz aħjar lill-pazjent. Il-UĦM Voice of the Workers ġiet mgħarrfa li l-kumpanija Steward Health Care avżat lill-ħaddiema professjonisti li huma impjegati magħha li l-istudy leave tagħhom tnaqqas b’żewġ terzi fis-sena. Dan għall-kuntrarju ta’ dak li qed jitlob il-qasam tas-saħħa internazzjonali, li l-professjonisti…
Month: August 2019
Ftehim settorali li se jtejjeb il-qagħda tal-membri fil-Korp Diplomatiku tal-lum u ta’ għada
“Dan il-ftehim settorali mhux biss se jtejjeb il-qagħda ta’ min huwa membru fil-Korp Diplomatiku llum, imma se joffri wkoll titjib għal min jixtieq jagħmel karriera fid-Diplomażija”. Dan qalu Josef Vella, il-Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers f’kelmtejn matul l-iffirmar tal-Ftehim Settorali għall-Ħadddiema li jaħdmu fil-Korp Diplomatiku. Iċ-ċeremonja saret fil-Ministeru għall-Affarjiet Barranin u l-Promozzjoni…
Iffirmat Ftehim Kollettiv Ġdid bejn il-UĦM Voice of the Workers u l-Mediterranean Conference Centre
It-Taqsima Entitajiet Pubbliċi tal-UĦM Voice of the Workers u l-maniġment tal-Mediterranean Conference Centre (MCC), illum 14 t’Awwissu 2019 iffirmaw il-Ftehim Kollettiv tal-Ħaddiema kollha f’dan iċ-Ċentru. Dan il-Ftehim Kollettiv qiegħed itejjeb numru ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol għall-ħaddiema fosthom kundizzjonijiet bħal ‘family friendly measures’. Qegħdin jitjiebu wkoll is-salarji u l-allowances u numru ta’ kundizzjonijiet oħra tal-ħaddiema tal-istess MCC,…
“Meta ż-żieda tolqot fl-essenzjal l-impatt ikun ħafna ikbar” – Josef Vella, Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers
Il-partijiet kollha interessati għandhom jitlaqqgħu lkoll flimkien madwar mejda sabiex issir diskussjoni serja fuq kwistjonijiet li jagħmlu impatt dirett jew indirett fuq il-ħaddiema, il-familji tagħhom u fuq il-postijiet tax-xogħol. Dan biex jinħolqu inizjattivi jew jinstabu soluzzjonijiet għall- kwalità tal-ħajja aħjar. Dan qalu Josef Vella, il-Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers fil-programm “Xogħol Aħjar”…
Sejħa għal laqgħa urġenti tal-MCESD sabiex tkun diskussa ż-żieda fil-prezzijiet
Il-UĦM Voice of the Workers talbet lill-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) sabiex isejjaħ laqgħa urġenti bl-iskop li ssir diskussjoni serja ta’ kif iż-żieda fil-prezzijiet ta’ numru ta’ kommoditajiet, fosthom il-fuels, qed taffettwa lill-ħaddiema u l-familji tagħhom. Il-UĦM Voice of the Workers kitbet formalment lil John Bencini, Chairman tal-MCESD, u saħqet sabiex il-MCESD, għal-laqgħa…
Il-Gvern għandu jagħti kumpens immedjat lill-ħaddiema u lill-pensjonanti
Il-UĦM Voice of the Workers tirreferi għaż-żieda fil-prezzijiet tal-fuels li tħabbru mill-Gvern il-bieraħ. Din il-union diġa’ ġibdet l-attenzjoni fuq iż-żidiet li tħabbru riċentament fil-prezzijiet tal-ħalib, tal-ħobż u tal-fuels – tliet prodotti essenzjali li żdiedu sostanzjalment. Fil-każ tal-fuels il-union qed titlob spjega ta’ kif l-Enemed qed tasal għall-prezz finali għall-konsumatur. Il-Gvern injora wkoll proposta ta’ din…
Recent Comments