Il-UĦM Voice of the Workers ilha mis-Sajf tinsisti li l-professjonisti impjegati direttament ma’ Steward Health Care għandhom jiġu assorbiti mill-Gvern. Huwa veru li dawn il-professjonisti qed jaqdu d-dmirijiet tagħhom spalla ma’ spalla ma’ professjonisti tal-Gvern, jaħdmu fl-istess sala, jaraw l-istess pazjent u saħansitra jilbsu l-istess uniformi. Iżda meta niġu għall-kundizzjonijiet, dawn għandhom kundizzjonijiet ferm iżjed…
Month: October 2019
Il-prekarjat fost l-artisti
L-artisti u l-qagħda prekarja tagħhom kienet it-tema ta’ diskussjoni li kienet organizzata fl-Università ta’ Malta nhar it-Tnejn 21 ta’ Ottubru 2019. Fil-bidu ta’ din l-attività kien varat il-ktieb Widening Horizons tal-awtriċi Fillandiża, Vivan Storlund. F’kelmtejn dwar il-pubblikazzjoni tagħha, l-awtriċi saħqet li l-artisti mhumiex rikonoxxuti għall-ħidma li jwettqu fis-soċjetà. Hi qalet li għandu jkun assigurat dħul…
Il-Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers jieħu sehem f’simpożju dwar is-suq tax-xogħol
“Il-bidu ta’ kull strateġija dwar ix-xogħol irid ikollu rabtiet iżjed b’saħħithom bejn l-edukazzjoni u d-dinja tax-xogħol. Dan jeħtieġ edukazzjoni ta’ kwalità tajba, informazzjoni affidabbli dwar il-bidliet fid-domanda għall-ħiliet u sistemi ta’ taħriġ li jirrispondu għal bidliet ekonomiċi u soċjali.” Dan kien il-messaġġ li Josef Vella, Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers, wassal f’simpożju…
L-Allied Health Professionals jirbħu d-dritt li jinnegozjaw bis-saħħa tal-UĦM
Illum il-Qorti kkomunikat id-deċiżjoni tal-mandat ta’ inibizzjoni mressaq mill-MUMN fejn din il-union kienet qed tfittex li twaqqaf lill-Gvern milli jibda jew itemm negozjati ta’ ftehim settorali tal-Allied Health Professionals. Il-mandat instema’ quddiem l-Imħallef Lawrence Mintoff fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili u, fid-deċiżjoni tiegħu, l-Imħallef tenna li l-Qorti qed tiċħad it-talbiet tal-MUMN għall-ħruġ ta’ mandat ta’ inibizzjoni….
Budget li beża’ minn diversi sfidi serji
“Dan huwa budget li beża’ mill-isfida tat-trasport, beża’ mill-isfida ta’ ħaddiema barranin kif ukoll beża’ mill-isfida tal-pensjonanti, mhux tal-lum, imma l-pensjoni taż-żgħażagħ tagħna”. Din il-union ippretendiet li dawn l-isfidi jittieħdu b’serjetà kbira”. Kliem Josef Vella, il-Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers, b’reazzjoni għad-diskors tal-Budget għall-2020 li nqara mill-Ministru tal-Finanzi fil-Kamra tar-Rappreżentanti t-Tnejn 14…
Imħabbra uffiċjalment il-proposti ta’ UĦM Voice of the Workers għall-Budget 2020
Il-UĦM Voice of the Workers ħabbret, f’konferenza tal-aħbarijiet, il-proposti tagħha għall-Budget 2020. Josef Vella, Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers, elenka wħud mid-92 proposta li din il-union ippreżentat lill-MCESD fil-ġimgħat li għaddew. Fl-introduzzjoni tiegħu, Josef Vella aċċenna għas-sitwazzjoni f’dak li għandu x’jaqsam mal-kontribut tal-union fl-MCESD. Bħalissa l-UĦM mhux qed tattendi l-MCESD u dan…
Recent Comments