Pajjiżna qed jgħajjat b’leħen wieħed – Ġustizzja

Josef Vella, Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers, kien wieħed mill-kelliema waqt protesta oħra organizzata minn Occupy Justice, Repubblika u Manueldelia.com fi Pjazza Kastilja, il-Ġimgħa 29 ta’ Novembru 2019. Id-diskors ta’ Josef Vella hu kif ġej:-______________________________________________________________________________” Dan kollu li qed jiġri f’pajjiżna huwa bla preċedenti. Għajjejna nsegwu storja wara l-oħra, kriżi wara l-oħra,…

Timbuttawx lill-poplu fil-preċipizju tar-rabja

Il-UĦM Voice of the Workers tappella lill-partiti  politiċi sabiex jżommu ‘l bogħod milli jniżżlu lin-nies fit-toroq f’dan il-mument hekk delikat fil-politika Maltija. Il-protesti s’issa dejjem ġew organizzati mill-għaqdiet volontarji u għandhom ikunu huma li jibqgħu jipprotestaw b’mod ċiviku u responsabbli. Kemm-il darba l-partiti politiċi jniżżlu lill-partitarji tagħhom fit-toroq, allura l-istorja tieħu bixra oħra – bixra…

UĦM Voice of the Workers: “Stand up to be counted”

Il-UĦM Voice of the Workers qed tistenna li, f’kull ċirkostanza, il-pajjiż għandu jiġi qabel kull interess ulterjuri. Il-UĦM tappella lis-soċjetà sabiex tipprotesta b’mod ċiviku u titlob lill-Gvern biex ma jimbuttax lill-poplu fil-preċipizju tar-rabja. Il-UĦM tisħaq li f’kull ċirkostanza għandu jkun hemm istituzzjonijiet li jaħdmu u jaħdmu fil-ħin. Il-ġustizzja għandha mhux biss tidher li qed issir…

Azzjonijiet industrijali fl-ERA

Il-UĦM Voice of the Workers ordnat azzjonijiet industrijali fl-Environment and Resources Authority (ERA) peress li ma kienx hemm żviluppi pożittivi fin-negozjati biex iwasslu għall-ewwel ftehim kollettiv għall-ħaddiema. Il-management tal-Awtorità ġie mgħarraf bl-azzjonijiet fl-20 ta’ Novembru 2019 permezz ta’ email. Għaldaqstant din il-union ordnat numru ta’ direttivi fl-Awtorità li se jibdew mill-Ħamis 21 ta’ Novembru 2019….

Qbil bejn il-UĦM u l-Gvern fuq polza ta’ assigurazzjoni

Il-UĦM hi sodisfatta li parti mit-talba li kienet għamlet is-sena l-oħra, dwar polza ta’ assigurazzjoni, sa fl-aħħar ġiet milqugħa. Dan għalkemm din it-talba sal-lum ma ntlaqatx b’mod sħiħ, jiġifieri li l-ħaddiema kollha li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa jkollhom polza ta’ assigurazzjoni. Filwaqt li l-Ministeru tas-Saħħa ddeċieda li se joffri din l-assigurazzjoni biss għall-ħaddiema li jaħdmu fl-Emerġenza,…