Illum sar intervent mid-Deputat Prim Ministru u l-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne f’laqgħa li saret mal-UĦM Voice of the Workers. Fiha ġew trattati numru ta’ pendenzi sabiex ikun jista’ jintlaħaq ftehim settorali għall-Allied Health Professionals. Fl-10 t’Awwissu, l-UĦM Voice of the Workers kienet ħarġet b’numru ta’ azzjonijiet industrijali lil dawn il-professjonisti minħabba li ma kien qed ikun hemm…
Month: August 2020
Kundizzjonijiet inferjuri lil Allied Health Professionals
Wara ġimgħa ta’ azzjonijiet u nuqqas ta’ rieda tajba min-naħa tal-Gvern jidher biċ-ċar illi l-Gvern ma għandux intenzjoni li jagħti żieda xierqa lil dawn il-professjonisti. Għalhekk, il-UĦM Voice of the Workers qed tħabbar li minn nofs il-lejl tal-lum se tkun qed teskala d-direttivi tal-Allied Health Professionals. Dawn il-grupp ta’ professjonijiet speċjalizzati f’setturi differenti fil-qasam tas-saħħa huma l-Audiologists,…
Remote Working huwa Essenzjali
Il-UĦM Voice of the Workers tinsab imħassba bin-numru ta’ każijiet pożittivi tal-COVID-19 li qed ikun hemm ta’ kuljum. Tifhem li dawn in-numri qed joħolqu ansjetà lil ħafna ħaddiema. Din il-Union irċiviet diversi talbiet mingħand il-ħaddiema u qed terġa’ tisħaq li l-postijiet ta’ xogħol jimxu skont il-linji gwida li ħarġu mis-Supretendent ta’ Saħħa Pubblika. Din il-Union qed tesiġi sabiex…
Il-Gvern mhuwiex lest li jħallas lill-frontliners pakkett finanzjarju li jirrifletti responsabbiltà tagħhom
Il-UĦM Voice of the Workers, mil-lum, ordnat direttivi lil numru ta’ professjonisti fil-qasam tas-Saħħa li jaħdmu fl-Isptar Mater Dei, l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, l-Isptar Monte Karmeli, ir-Residenza San Vinċenz de Paul, l-Isptarijiet Karin Grech u San Luqa u dawk fil-kura tal-Anzjani, Primarja u fis-Saħħa Pubblika minħabba li l-ftehim kollettiv ta’ dawn il-professjonijiet ilu li skada minn Diċembru tal-2017. F’Jannar tal-2020, din il-Union irreġistrat tilwima industrijali, liema…
Il-pożizzjoni tal-UĦM wara laqgħa tal-MCESD
Wara laqgħa fit-tul tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD), ġew ikkjarifikati diversi punti li l-UĦM Voice of the Workers ipproponiet fil-laqgħa li hi kellha mad-Deputat Prim Ministru. Fost il-punti li din il-union qajmet u ġew aċċettati hemm ir-restrizzjonijiet fuq avvenimenti tal-massa, avviżi legali, multi, l-użu obbligatorju tal-maskra fil-ħwienet, abbord il-vapuri tal-Gozo Channel u fuq tal-linja u l-infurzar tal-liġi. Fid-dawl ta’ dan kollu l-UĦM Voice of the Workers titlob lill-pubbliku jsegwu dawn id-direttivi u jużaw il-maskra talli t-tixrid tal-imxija tal-Covid-10 jitrażżan. …
Irbaħna l-ewwel battalja, imma għadna ma rbaħniex il-gwerra
“Irbaħna l-ewwel battalja, imma għadna ma rbaħniex il-gwerra għax il-Coronavirus għadu magħna.” Hekk stqarr Josef Vella, il-Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers wara laqgħa li kellu mad-Deputat Prim Ministru Chris Fearne fil-Ministeru tas-Saħħa, l-Erbgħa 5 ta’ Awwissu 2020. Il-postijiet tax-xogħol huma u għadhom imħassba fuq l-imxija tal-COVID-19. Il-UĦM Voice of the Workers qed tisħaq biex ikun hemm sett wieħed ta’ linji gwida mingħajr messaġġi konfliġġenti. Barra minn hekk dawn għandhom jiġu nfurzati mill-awtoritajiet. Fil-laqgħa l-UĦM Voice of the Workers saħqet li l-Gvern għandu jimxi b’direzzjoni…
Deċiżjoni f’waqtha li ħalliet il-Farmaċija ta’ Mater Dei miftuħa
Il-UĦM Voice of the Workers matul l-imxija tal-COVID-19 kienet minn ta’ quddiem sabiex tassigura li kemm il-ħaddiema jkunu protetti, kif ukoll is-servizz, fejn neċessarju, jiġi żgurat li jibqa’ għaddej. Waħda minn dawn id-deċiżjonijiet kienet rigward il-farmaċija tal-Isptar Mater Dei. Filwaqt li f’April u f’Mejju, l-maniġment tal-Isptar bi qbil mal-Union, ħareġ roster sabiex grupp ta’ professjonisti…
Kundanna fuq attakk li seħħ ilbieraħ fuq Chief Officer tal-Gozo Channel
L-attakk seħħ meta l-impjegat talab lill-grupp ta’ persuni li kienu tilgħin fuq il-vapur sabiex jilbsu l-maskli skont il-linja gwida maħruġa mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika u skont il-policies tal-Kumpanija. F’dak il-mument, minflok dawn il-persuni obdew u libsu l-maskli, niżlu mill-van li kienu fih u attakkaw lil dan l-impjegat b’mod viljakk. Il-UĦM Voice of the Workers ma tista’…
Irtira l-Kuntratt ta’ Steward Issa!
4 snin wara li l-UĦM Voice of the Workers (UĦM) u l-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) talbet lill-Awditur Ġenerali sabiex jinvestiga l-kuntratti ta’ Vitals Health Care, illum ħareġ l-ewwel rapport minn tlieta. S’issa ġie investigat kif ingħata l-kuntratt lill-Vitals Health Care u b’din il-parti biss tal-investigazzjoni dawn iż-żewġ unions diġà ngħataw raġun. Wara li dawn iż-żewġ Unions…
Iffirmat ftehim kollettiv ġdid għall-ħaddiema tal-Kurja u tat-Tribunal
L-Arċidjoċesi ta’ Malta u l-UĦM Voice of the Workers iffirmaw ftehim kollettiv ġdid għall-ħaddiema tal-Kurja tal-Arċisqof u tat-Tribunali Ekkleżjastiċi wara li dan ġie approvat mill-Kunsill Rappreżentattiv Djoċesan ippresedut mill-Arċisqof Charles Jude Scicluna. Il-ftehim, li jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2021 u jkopri perjodu ta’ tliet snin, ġie ffirmat mis-Segretarju Amministrattiv tal-Arċidjoċesi ta’ Malta, Michael Pace Ross, u…
Recent Comments