“Irbaħna l-ewwel battalja, imma għadna ma rbaħniex il-gwerra għax il-Coronavirus għadu magħna.” Hekk stqarr Josef Vella, il-Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers wara laqgħa li kellu mad-Deputat Prim Ministru Chris Fearne fil-Ministeru tas-Saħħa, l-Erbgħa 5 ta’ Awwissu 2020. Il-postijiet tax-xogħol huma u għadhom imħassba fuq l-imxija tal-COVID-19. Il-UĦM Voice of the Workers qed tisħaq biex ikun hemm sett wieħed ta’ linji gwida mingħajr messaġġi konfliġġenti. Barra minn hekk dawn għandhom jiġu nfurzati mill-awtoritajiet. Fil-laqgħa l-UĦM Voice of the Workers saħqet li l-Gvern għandu jimxi b’direzzjoni…
Day: 6 August 2020
Deċiżjoni f’waqtha li ħalliet il-Farmaċija ta’ Mater Dei miftuħa
Il-UĦM Voice of the Workers matul l-imxija tal-COVID-19 kienet minn ta’ quddiem sabiex tassigura li kemm il-ħaddiema jkunu protetti, kif ukoll is-servizz, fejn neċessarju, jiġi żgurat li jibqa’ għaddej. Waħda minn dawn id-deċiżjonijiet kienet rigward il-farmaċija tal-Isptar Mater Dei. Filwaqt li f’April u f’Mejju, l-maniġment tal-Isptar bi qbil mal-Union, ħareġ roster sabiex grupp ta’ professjonisti…
Kundanna fuq attakk li seħħ ilbieraħ fuq Chief Officer tal-Gozo Channel
L-attakk seħħ meta l-impjegat talab lill-grupp ta’ persuni li kienu tilgħin fuq il-vapur sabiex jilbsu l-maskli skont il-linja gwida maħruġa mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika u skont il-policies tal-Kumpanija. F’dak il-mument, minflok dawn il-persuni obdew u libsu l-maskli, niżlu mill-van li kienu fih u attakkaw lil dan l-impjegat b’mod viljakk. Il-UĦM Voice of the Workers ma tista’…
Irtira l-Kuntratt ta’ Steward Issa!
4 snin wara li l-UĦM Voice of the Workers (UĦM) u l-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) talbet lill-Awditur Ġenerali sabiex jinvestiga l-kuntratti ta’ Vitals Health Care, illum ħareġ l-ewwel rapport minn tlieta. S’issa ġie investigat kif ingħata l-kuntratt lill-Vitals Health Care u b’din il-parti biss tal-investigazzjoni dawn iż-żewġ unions diġà ngħataw raġun. Wara li dawn iż-żewġ Unions…
Iffirmat ftehim kollettiv ġdid għall-ħaddiema tal-Kurja u tat-Tribunal
L-Arċidjoċesi ta’ Malta u l-UĦM Voice of the Workers iffirmaw ftehim kollettiv ġdid għall-ħaddiema tal-Kurja tal-Arċisqof u tat-Tribunali Ekkleżjastiċi wara li dan ġie approvat mill-Kunsill Rappreżentattiv Djoċesan ippresedut mill-Arċisqof Charles Jude Scicluna. Il-ftehim, li jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2021 u jkopri perjodu ta’ tliet snin, ġie ffirmat mis-Segretarju Amministrattiv tal-Arċidjoċesi ta’ Malta, Michael Pace Ross, u…
Riżenja mid-Direttur tal-UĦM Voice of the Workers
Is-Sur Jesmond Bonello llum issottometta l-ittra ta’ riżenja mill-kariga ta’ Direttur tal-UĦM Voice of the Workers sabiex ifittex sfidi ġodda. Is-Sur Jesmond Bonello kien beda jaħdem mal-UĦM sa mis-sena 2000 fejn okkupa diversi karigi ibda minn dik ta’ Segretarju Taqsima Entitajiet Pubbliċi, Assistent Segretarju Ġenerali u l-kariga ta’ President u Direttur sa mis-sena 2011. Il-UĦM…
Recent Comments