Il-Gvern mhuwiex lest li jħallas lill-frontliners pakkett finanzjarju li jirrifletti responsabbiltà tagħhom

Il-UĦM Voice of the Workers, mil-lum, ordnat direttivi lil numru ta’ professjonisti fil-qasam tas-Saħħa li jaħdmu fl-Isptar Mater Dei, l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, l-Isptar Monte Karmeli, ir-Residenza San Vinċenz de Paul, l-Isptarijiet Karin Grech u San Luqa u dawk fil-kura tal-Anzjani, Primarja u fis-Saħħa Pubblika minħabba li l-ftehim kollettiv ta’ dawn il-professjonijiet ilu li skada minn Diċembru tal-2017.  F’Jannar tal-2020, din il-Union irreġistrat tilwima industrijali, liema…