UĦM Voice of the Workers qed tissospendi l-azzjonijiet industrijali fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali wara l-intervent tal-Ministru Edward Zammit Lewis, sabiex jinstab żblokk. Intant, il-UĦM irċeviet garanzija li l-ftehim kollettiv se jibda jgħodd mill-1 t’Ottubru 2020 u se jkun hemm serje ta’ laqgħat sabiex għall-ewwel darba jiġi ffirmat l- ftehim storiku tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. Il-UĦM tappella għal…
Month: February 2021
Firxa wiesgħa ta’ azzjonijiet industrijali mill-UĦM wara aġir irresponsabbli tal-Gvern
UĦM Voice of the Workers mil-lum eskalat sensiela ta’ azzjonijiet industrijali li jinvolvu aktar minn 1,300 ħaddiem fid-dawl tal-aġir tal-Gvern li ma jridx jindirizza kwistjonijiet li ilhom pendenti għal diversi snin filwaqt li mhux qed iżomm kelmtu fuq ftehim li ntlaħqu xhur ilu. Dawn l-azzjonijiet jinvolvu lill-allied health professionals, emergency ambulance responders u l-impjegati ta’…
Eskalati l-azzjonijiet industrijali fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali
L-azzjonijiet industrijali mill-UĦM Voice of the Workers fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali se jiħraxu wara li l-gvern injora għal kollox it-talba tal-professjonisti li jaħdmu f’din l-istituzzjoni biex ikollhom kundizzjonijiet xierqa u dinjitużi. Għalhekk b’seħħ minn nhar it-Tnejn 22 ta’ Frar, l-avukati u l-prokuraturi legali mhux se jkunu qed jidhru u mhux se jattendu għas-smigħ tal-każi fil-Qorti tal-Appell…
Il-UĦM issellem lil Joseph Dalmas
UĦM Voice of the Workers issellem lil Joseph Dalmas, membru attiv u rappeżentant tal-ħaddiema fil-Malta Tourism Authority, li miet fl-età ta’ 59 sena. Il-UĦM tibgħat il-kondoljanzi tagħha lill-familjari tiegħu.
Id-direttiva li passiġġieri fuq il-Gozo Channel jibqgħu fil-karozza għandha tkun irtirata
Il-UĦM Voice of the Workers qed titlob biex id-direttiva li matul il-jiem tal-Karnival il-passiġġieri abbord il-vapuri tal-Gozo Channel “ikunu mħeġġa” jibqgħu fil-karozzi matul il-vjaġġ tkun irtirata immedjatament. Dan minħabba l-fatt li prattika bħal din tmur kontra konvenzjonijiet marittimi internazzjonali dwar is-sigurtà kif ukoll il-protokolli tal-Gozo Channel innifisha. Id-direttiva kienet tħabbret mill-Prim Ministru Robert Abela f’konferenza…
L-gvern ma żammx kelmtu fuq il-ħaddiema ta’ Steward
UĦM Voice of the Workers ordnat azzjonijiet industrijali fl-isptarijiet Karin Grech, San Luqa u dak Ġenerali t’Għawdex wara li l-gvern ma żammx kelmtu li jassorbi l-ħaddiema ta’ Steward Healthcare sal-1 ta’ Jannar ta’ din is-sena. Għalhekk minn nhar it-Tnejn 1 ta’ Frar il-professjonisti li jaħdmu f’dawn l-isptarijiet immexxija minn Steward mhux qed jaraw pazjenti ġodda…
Recent Comments