Budget li reġa’ ma ndirizzax ċertu inġustizzji fost il-ħaddiema

It-Taqsima Port u Trasport tal-UĦM Voice of the Workers tinnota li fil-Budget, il-Gvern naqas milli jindirizza diversi anomaliji li jeżistu bħalissa fil-liġi tax-xogħol. Dan filwaqt li din l-Union ilha snin tagħmel proposti biex l-impjegati ma jkunux affettwati ħażin. Waħda mill-problemi ewlenin li ma ġewx indirizzati f’dan il-Budget hi li mhux il-ħaddiema kollha qed jitħallsu bir-rata…