Għażiża President Metsola, Il-UHM Voice of the Workers tifraħlek għas-suċċess miksub bil-ħatra prestiġjuża ta’ President tal-Parlament Ewropew li hi l-ogħla kariga li qatt kellu xi ċittadin Malti fl-istituzzjonijiet Ewropej mis-sħubija ta’ Malta fl-2004. Il-ħatra tiegħek tibgħat messaġġ qawwi favur il-prinċipju tal-meritokrazija. Is-suċċess miksub ġie wara ħidma politika sfiqa fuq medda ta’ 20 sena li matulhom…
Month: January 2022
14, 10, 7, 0 … 5?
Id-deċiżjonijiet dwar il-perijodu ta’ kwarantina jew iżolament minħabba l-Covid-19 m’għandhomx jittieħdu b’mod arbitrarju daqs li kieku qed intellgħu in-numri bix-xorti iżda għandhom ikunu ibbażati fuq ix-xjenza. Il-UĦM Voice of the Workers tinsab imħassba bil-pożizzjoni tal-Malta Chamber of SMEs u l-Partit Nazzjonalista li qed jipproponu li l-kwarantina għandha titnaqqas għal ħames t’ijiem biss. Jidher li l-pożizzjoni…
Direttiva lill-ġenituri li m’għandhomx ma’ min iħallu t-tfal
Il-UĦM Voice of the Workers tapprezza l-miżuri li ħareġ il-Ministeru tal-Edukazzjoni kontra l-imxija tal-Covid-19 u l-varjanti li ġabet magħha. Madankollu, il-UĦM tinsab diżappuntata li l-Ministeru tal-Edukazzjoni ħareġ tali miżuri mingħajr ma ikkonsulta mal-Unions kollha nvoluti, tant li b’tali miżuri ħoloq inkonvenjent lil numru ta’ ħaddiema. Għaldaqstant, il-UĦM Voice of the Workers se tkun qed tagħti direttiva biex ħaddiema jaħdmu mid-dar, jew jekk in-natura tax-xogħol tagħhom ma…
Recent Comments