Ħaddiema tal-kuntratturi mal-Gvern għandu jkollhom sħubija protettiva fi trade union

Bħala l-ikbar employer fil-pajjiż il-Gvern għandu jkun hu li jagħti l-eżempju fil-ġlieda kontra l-prekarjat billi jassigura li l-ħaddiema tal-kuntratturi f’entitajiet pubbliċi ikollhom il-protezzjoni li toffri sħubija f’union. Dan qalu Josef Vella, il-Kap Eżekuttiv tal-UHM Voice of the Workers waqt il-konferenza annwali li l-union torganizza biex tfakkar Jum il-Ħaddiem. Fid-diskors tiegħu irrefera għall-kontroversja li nqalgħet fil-kampanja…