Il-UHM tiddefendi d-drittijiet tal-ħaddiema klerikali ma’ Signal 8 fi Transport Malta

Il-UHM Voice of the Workers għadha kemm kisbet suċċess ieħor fl-isforzi tagħha biex tiddefendi d-drittijiet tal-ħaddiema klerikali li jaħdmu ma’ Signal 8 fi Transport Malta. Din il-kwistjoni bdiet f’Ġunju 2024 meta l-kumpanija Signal 8 rebħet it-tender għall-provvista tas-servizzi, u l-ħaddiema kollha ġew trasferiti taħt Signal 8 minn tliet kuntratturi differenti. Qabel it-trasferiment, il-ħaddiema kienu jgawdu…