fbpx

Aktar ħaddiema tad-De La Rue jissieħbu mal-UĦM

Numru sostanzjali ta’ ħaddiema li jaħdmu fid-De La Rue issieħbu mal-UĦM fix-xhur li għaddew.

Dan sar wara li l-ħaddiema tad-De La Rue skoprew li kien hemm xi bidliet fil-Ftehim Kollettiv li huma ma ġewx infurmati dwarhom.

Intant il-UĦM se torganizza laqgħa oħra għall-ħaddiema kollha tad-De La Rue fil-kwartieri tal-UĦM, il-Furjana nhar is-Sibt 20 ta’ Lulju fil-11 a.m. Dan sabiex issir spjegazzjoni dwar aktar bidliet li saru minn union oħra mingħajr ma kienu jafu l-ħaddiema dwarhom.

Il-UĦM tirringrazzja lill-ħaddiema membri tagħha li qed jagħtu appoġġ lil din il-union minkejja l-bsaten fir-roti li qed isibu sabiex ma jissieħbux mal-UĦM.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment