It-Taqsima Port u Trasport fi ħdan il-UĦM uriet bil-fatti s-solidarjetá tagħha ma’ sitt ħaddiema li ġew sospiżi mill- Freeport Terminal. Il-UĦM insistiet permezz ta’ azzjonijiet industrijali sabiex dawn is-sitt ħaddiema jidħlu lura għax-xogħol.
Intant, il-UĦM mhux qed taqbel li l-kwistjoni tas-sahra, kwistjoni delikata li tista’ tolqot id-dħul finanzjarju ta’ diversi ħaddiema, għandha tiġi trattata fil-Qorti. Kwistjoni bħal din tista’ tiġi deċiża f’ċaħda ta’ sahra lill-ħaddiema. Minflok, it-Taqsima Port u Trasport tal-UĦM qed tipproponi li l-ħaddiema jkollhom l-opportunitá li juru l-interessi individwali tagħhom fuq is-sahra.
Il-ħaddiema, membri tal-UĦM kienu appoġġjati tul l-azzjonijiet industrijali mill-President ta’ din il-union Jesmond Bonello, u mis-Segretarju tat-Taqsima Port u Trasport, Kenneth Abela.