It-Taqsima Port u Trasport fi ħdan il-UĦM kitbet uffiċċjalment lill-management tal-Malta Public Transport (Autobuses de Leon) li mhux se taċċetta li l-ħinijiet tad-duties tal-ħaddiema fl-istess kumpanija jinbidlu mingħajr konsultazzjoni mal-ħaddiema u jekk dawn ikunu ta’ detriment għall-ħaddiema.
Intant, it-Taqsima Port u Trasport, wara deċiżjoni li ttieħdet mal-kumitat ta’ azzjoni li jirrappreżenta l-ħaddiema tal-Malta Public Transport (Autobuses de Leon), infurmat lill-kumpanija li jekk din tintroduċi dawn il-ħinijiet tad-duties ġodda, il-UĦM se tkun lesta tieħu azzjonijiet industrijali immedjati u saħansitra tappoġġja lill-GWU jekk ikun meħtieġ għall-ġid tal-ħaddiema.