fbpx

Il-UĦM tiffirma l-Ftehim Kolletiv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi

It-Taqsima Edukazzjoni u Kura tal-Union Ħaddiema Maqgħudin (UĦM) u Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi il-Ġimgħa 31 ta’ Lulju 2015 iffirmaw il-Ftehim Kollettiv. Għall-FES, iffirmaw Elizabeth Pisani, CEO u Lorraine Sultana, Shop Steward, Isabelle Farrugia, Segretarja tat-Taqsima, fil-preżenza tas-Sur Joseph Caruana, Segretarju Permanenti u s-Sur Charles Cilia, Chairman tal-Bord Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi u kif ukoll is-Sur Jesmond Bonello, President UĦM.

Il-Ftehim Kolletiv il-ġdid jiskadi fis-sena 2018. Permess ta’ dan il-ftehim se jkunu qed jitjiebu diversi kundizzjonijiet tax-xogħol għall-ħaddiema fosthom titjieb finanzjarju. Id-diskussjonijiet tal-ftehim kolletiv kienu impenjattivi u kien hemm ċirkustanzi fejn it-Taqsima kellha tirrikorri għall-azzjonijiet industrijali. Dan barra li kien hemm ukoll kawza l-qorti minħabba li union oħra talbet ir-rikonoxximent. Madankollu bl-intervent tad-Direttur tax-Xogħol, sar l-eżerċizzju ta’ verifika u l-UĦM żammet ir-rikonoxximent.

Sadanittant, wara rikonxximent, l-UĦM kompliet bid-diskussjonijiet fejn fl-aħħar laqgħa li saret bejn it-Taqsima Edukazzjoni u Kura, is-Segretarju Permanenti tal-Edukazzjoni s-Sur Joseph Caruana u l-PACBU sar żblokk fuq fil-kundizzjonijiet tal-ħaddiema.

Kien għalhekk li f’dan l-istadju li l-union ltaqgħet mal-ħaddiema kollha tal-FES u spjegat l-proposti l-ġodda li ġew mressqa. L-impjegati qablu mal-proposti li l- union proponiet fuq salarji ġodda u għalhekk dan kien bażi ta’ ftehim għall-UĦM.

L-UĦM tieħu l-okkażżjoni biex tiringrazzja l-ħaddiema kollha tal-FES għall-fiduċja tagħhom fil-union.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment