fbpx

Il-UĦM ma taqbilx mal-istqarrija li ħarġet l-MEA dwar is-sitwazzjoni tal-ħaddiema tad-De La Rue

Il-UĦM semmiet fatti li ġenwinament qed isiru f’dan il-post tax-xogħol u li jinħtieġu jiġu indirizzati minnufih. Il-UĦM kienet tistenna li minflok tikritika union oħra, l-MEA għandha tikkundanna l-fatt li membru tagħha (De La Rue) ma’ għaġixxiex b’mod etiku fil-konfront tal-ħaddiema tiegħu.

Il-UĦM ma tistá taċċetta qatt li ħaddiema jiġu misgwidati mil-management tagħhom u jieġu mġiegħla jiffirmaw dokument li jinkludi Job Descriptions bi skuża li dan huwa sempliċement rassenja.

Sadanittant il-UĦM tippretendi li l-MEA għandha tiggwidha l-membru tagħha sabiex dawn l-formoli jingħataw lura lill-ħaddiema li ġew imġiegħla jiffirmawhom.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment