Il-UĦM Voice of the Workers għamlet żjara uffiċjali mal-amministrazzjoni tad-Dwana. Għal din il-laqgħa kienu prezenti Josef Vella, Kap Eżekuttiv u Mario Sacco, Employment Relations Senior Manager rispettivament ghan-nom tal-UHM kif ukoll Victor Cremona u Robert Demanuele, rapprezentanti tal-haddiema fid-Dwana li huma membri fdin il-union. Ghan-nom tad-Dwana attendew Joseph P. Brincat, id-Direttur Ġenerali, u Joseph Chetcuti, id-Direttur Ġenerali (Designate), li se jassumi r-responsabbiltajiet ta’ Direttur Ġenerali mill-1 ta’ April 2016. Jakkumpanjahom kien hemm Salvu Gauci.
Josef Vella rringrazzja lis-Sur Brincat tal-ħidma li twettqet bejn il-UĦM u l-amministrazzjoni tad-Dwana tul is-snin li huwa kien kap tagħha. Hu awgura lis-Sur Chetcuti li żgur se jkollu ħidma mal-UĦM tul il-perijodu tal-kariga tiegħu bħala id-Direttur Ġenerali l-ġdid.
Matul din il-laqgħa ġew diskussi diversi punti li tqajmu miż-żewġ naħat u li, fosthom, deher li hemm il-ħtieġa li l-ftehim settorali tal-Customs Class jiġi indirizzatat mill-aktar fis. Għandu wkoll jiġi indirizzat l-aspett ta’ aktar ħaddiema bl-iskop li d-Dipartiment ikollu l-full complement tiegħu.