It-Taqsima Port u Transport fi ħdan il-UĦM Voice of the Workers illum uffiċjalment talbet għar-rikonoxximent ewlieni tal-ħaddiema tat-Turkish Airlines.
Dan sar wara li l-maġġoranza tal-ħaddiema tat-Turkish Airlines issieħbu mal-UĦM sabiex itejbu l-kundizzjonijiet fuq il-post tax-xogħol tagħhom.
Il-UĦM wegħdet lil dawn il-ħaddiema li fil-jiem li ġejjin, hekk kif tingħata r-rikonoxximent se taħdem fuq ftehim kollettiv ġdid li jissarraf f’titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom.
“Hija ta’ sodisfazzjon għat-Taqsima Port u Transport li aktar ħaddiema qed jirrikonoxxu l-ħidma li qed isir minn din it-taqsima bil-għan li tkombli tkabbar is-saħħa tal-UĦM Voice of the Workers” tenna Kenneth Abela, l-Employment Relations Manager tal-istess taqsima.