fbpx

Il-UĦM ittejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-impjegati tal-Melita Ltd.  

 

It-Taqsima tal-Manifattura u Kummerċ fi ħdan il-UĦM Voice of the Workers għadha kemm iffinalizzat it-tiġdid tal-ftehim kollettiv mal-kumpanija Melita Ltd.

Dan hu t-tielet ftehim li l-UĦM innegozzjat mal-Melita Ltd., bil-ħaddiema tal-kumpanija qed ikomplu jtejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom b’garanzija ta’ żidiet fil-pagi għat-tlitt snin li ġejjin.

Harald Rösch, il-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija Melita Ltd. stqarr kemm hu kuntent bil-ħaddiema u jħares ‘il quddiem biex ikompli t-titjib fil-kumpanija.

Dan il-ftehim kollettiv ġab miegħu żidiet fl-iskali, żidiet kollettivi, kif ukoll żidiet fir-rati tal-istand-by allowance u x-shift allowance.  Il-UĦM Voice of the Workers u l-kumpanija Melita Ltd. ukoll ftehmu biex it-teħid tal-vacation leave ikun aktar flessibli. Mill-ftehim ukoll ħareġ li tingħata ġurnata leave żejda fis-sena għal xogħol filantropiku.

Tjiebu wkoll il-ħinijiet tax-xogħol tal-impjegati, tant li l-ivjaġġar ġie nkluż bħala parti mill-ħin tax-xogħol u dan skont aġġornament tal-liġijiet Ewropej.

Il-UĦM Voice of the Workers u l-Melita Ltd.  qed iħarsu ‘l quddiem biex ikomplu fir-relazzjoni tajba tagħhom u l-ħaddiema jkollhom ambjent ta’ xogħol pjaċevoli b’kundizzjonijiet tajbin.

Intant il-kuntratturi li jaħdmu mal-Melita Ltd. issieħbu unanimament mal-UĦM Voice of the Workers b’mod kollettiv.

Preżenti għall-iffirmar tal-ftehim kollettiv kien hemm (mix-xellug għal-lemin), Jacqueline Abela,  Head of Human Resources – Melita Ltd.; Randolph Said, Group Financial Controller – Melita Ltd.; Harald Rösch, Kap Eżekuttiv ta’ Melita Ltd.; Jesmond Bonello, Direttur – UĦM Voice of the Workers; Danny Rosso, Chief Financial Officer – Melita Ltd.; Ramon Francalanza, Employment Relations Manager – UĦM Voice of the Workers; u Julian Fenech, Employment Relations Representative – UĦM Voice of the Workers.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment