fbpx

Jokorbu biex jitħallsu dak li hu dovut lilhom

 

Ħaddiema tal-kuntrattur, li jaqdu dmirhom bħala uffiċjali tas-sigurta’ fit-terminals tal-kumpanija Gozo Channel, ilhom aktar minn xahar u nofs bi ħlasijiet neqsin fuq xiftijiet li ħadmu fil-ħdud u l-festi.

Dawn l-impjegati u membri tal-UĦM Voice of the Workers  sfaw vittmi ta’ kuntratt maħruġ b’kundizzjonijiet differenti minn dak ta’ qabel, u għalhekk qed ibatu kundizzjonijiet ta’ xogħol inferjuri wara trasferiment ta’ negozju.

F’dawn il-każijiet, il-ħaddiema suppost ma jiġu milquta b’ebda bidla. Imma f’dan il-każ inħolqot sitwazzjoni ta’ tensjoni fejn dawn il-membri ta’ din il-union spiċċaw fin-nofs bejn il-kumpanija Gozo Channel u l-kuntrattur li qed joffri s-servizz ta’ sigurta’.

Wara ħafna talbiet u pressjoni sabiex is-sitwazzjoni tissolva, il-UĦM Voice of the Workers iddeċidiet biex jidħlu fis-seħħ numru ta’ direttivi. Konsegwentament, dawn l-uffiċjali mhux se jkunu qed jassistu l-passiġġieri fit-terminal u l-marshalling area kif ukoll ma jagħmlux tfittxijiet u clamping.

Ramon Francalanza, Employment Relations Manager tat-Taqsima Manifattura u Kummerċ, stqarr li “dawn is-sitwazzjonijiet bla bżonn huma kollha kaġun ta’ tensjoni żejda fil-postijiet tax-xogħol”. Hu żied li “dan hu każ ieħor fejn uħud mill-ħaddiema anki spiċċaw ibatu minn problemi ta’ saħħa”.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment