fbpx

Tilwima mal-Gvern mhux mal-MUMN

Il-UĦM Voice of the Workers bagħtet dan id-dritt ta’ risposta, għall-artiklu maħruġ mil-portal tal-ONE News, hekk kif issibu mehmuż ma’ din l-istqarrija:

Din il-union kienet tistenna li qabel l-portal tal-One jippublika storja li tikkonċerna lilha, l-etika ġurnalistika titlob li jiġu vverifikati l-fatti. Ngħarrfek illi l-UĦM Voice of the Workers għandha tilwima mal-Gvern li wara li ħareġ li l-UĦM tgawdi maġġoranza ta’ 58% tal-grupp kollu tal-AHP, il-Gvern naqas milli jagħti r-rikonoxximent lil din il-union.

Ngħarrfek ukoll li din il-union għamlet u għada tagħmel kull tentattiv sabiex tipprevali r-raġuni u titlob lil gvern sabiex ma jinjorax mijiet ta’ ħaddiema f’din il-kwistjoni li wara li ssieħbu fil-union tal-għażla tagħhom u wara li kisbu maġġoranza assoluta ta’ 58% jingħatalhom ir-rikonoxximent kif mistħoqq.

Il-pazjenti qed jbatu għaliex il-gvern qed jkaxkar saqajh biex jonora r-riżultat tal-eżerċizzju tal-verifika.

Ngħarrfek ukoll illi n-numri li ikkwotajt huma żbaljati. Fiżjoterapisti hemm 282 li minnhom 169 huma membri tal-MUMN. Dan skont ir-rapport uffiċjali tad-dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali.

Ngħarrfek ukoll illi minn dan ir-rapport ħareġ biċ-ċar illi l-UĦM Voice of the Workers tgawdi 58% waqt li l-MUMN jgawdu 15%. Żgur li dan ir-riżultat ma kellux għalfejn jitfa’ lil gvern f’diffikultà sabiex jiddeċiedi min għandu l-għarfien ewlieni.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment