fbpx

L-MUMN tkompli tfixkel milli l-Allied Health Professionals jilħqu ftehim

L-Allied Health Professionals huma ddiżgustati li proċess li huwa skont il-liġi tax-xogħol u kellu jieħu biss 28 ġurnata, ittawwal għal 72 ġurnata sakemm il-UĦM irċeviet l-għarfien ewlieni ta’ dan il-grupp.  Dan id-dewmien kien riżultat ta’ diversi oġġezzjonijiet li għamlet il-MUMN tul il-proċess. Jidher li l-MUMN ma kinitx kuntenta u tixtieq tkompli ttawwal dan iż-żmien permezz ta’ mandat. Dan ifisser li dan il-proċess jista’ jittawwal mill-inqas 30 ġurnata oħra.

Il-UĦM Voice of the Workers tinsab urtata illi b’riżultat ta’ verifika, fejn jirriżulta li din il-Union għandha 58%, ma kellux jiġġebbed dan il-proċess mill-MUMN b’dan il-mod. Waqt li l-UĦM Voice of the Workers se tkun qed tiddefendi l-pożizzjoni tagħha fil-Qorti fil-jiem li ġejjin, ma teskludix illi jittieħdu azzjonijiet industrijali sabiex tiġi salvata d-demokrazija industrijali fejn jiġi rispettat riżultat ta’ maġġoranza.

Sadanittant, il-UĦM talbet lill-Gvern skeda ta’ laqgħat sabiex jitkomplew in-negozjati tal-Ftehim Settorali tal-Allied Health Professionals. Il-UĦM ma teskludix li tieħu azzjonijiet ulterjuri kemm il-darba dan ma jseħħx.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment