fbpx

Ix-xufiera tal-MPT u l-passiġġieri m’għandhomx ibatu fis-sħana

Il-UĦM Voice of the Workers ilha għal dawn l-aħħar tliet ġimgħat tilmenta mal-Malta Public Transport (MPT) rigward sħana insapportabbli li qed ikun hemm fil-karozzi tal-Linja peress li mhux qed tinxtegħel l-arja kondizzjonata. Tant hu hekk li, f’ċertu ħinijiet, it-temperatura f’dawn il-vetturi saħansitra kienet qed taqbeż id-39oC.

Din is-sitwazzjoni hija ta’ riskju għas-saħħa u s-sigurtà, mhux biss għax-xufiera tal-istess vetturi li qed ikunu esposti għal dawn it-temperaturi għoljin għal sigħat sħaħ, iżda anke għall-passiġġieri. Fil-fatt, huwa ippruvat li espożizzjoni fit-tul għal temperaturi għoljin tista’ tikkawża diversi problemi ta’ saħħa.

Anke jekk il-kumpannija kienet fetħet il-bokkaporti tal-istess vetturi, dan ftit li xejn għamel effett u t-temperaturi fil-vetturi baqgħu għoljin ħafna.

Għaldaqstant, sabiex ikunu salvagwardjati x-xufiera u anke l-passiġġieri, il-UĦM Voice of the Workers idderiġiet lix-xufiera membri tagħha sabiex, jekk it-temperatura fil-vettura teċċedi it-30oC, dawn jistgħu jirrifjutaw li jużaw dik il-vettura.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment