Is-Sur Jesmond Bonello llum issottometta l-ittra ta’ riżenja mill-kariga ta’ Direttur tal-UĦM Voice of the Workers sabiex ifittex sfidi ġodda.
Is-Sur Jesmond Bonello kien beda jaħdem mal-UĦM sa mis-sena 2000 fejn okkupa diversi karigi ibda minn dik ta’ Segretarju Taqsima Entitajiet Pubbliċi, Assistent Segretarju Ġenerali u l-kariga ta’ President u Direttur sa mis-sena 2011. Il-UĦM Voice of the Workers tieħu l-opportunita’ li tirringrazzja lil Jesmond Bonello għas-servizz li ta għall-ġid tal-ħaddiema u tawguralu kull suċċess għall-karriera futura tiegħu.