Il-UĦM Voice of the Workers turi sogħba u niket għat-telfa traġika ta’ Christ Zahra, impjegat tal-Malta Freeport Terminals u Mario Vella, li sfortunatament kien ukoll involut f’inċident traġiku li seħħ ilbieraħ fuq il-post tax-xogħol.
Il-UĦM Voice of the Workers tesprimi d-dieqa tagħha għat-telfa ta’ dawn iż-żewġ impjegati u tagħti l-kondoljanzi sinċiera lill-familja ta’ Sur Zahra u ta’ Sur Vella f’dan il-mument tant diffiċli għalihom. Din il-Union tagħti wkoll il-kondoljanzi sinċiera lill-kollegi li kienu jaħdmu mas-Sur Zahra u mas-Sur Vella.
Il-UĦM Voice of the Workers tappella biex dawn il-postijiet ta’ xogħol joffru sapport u għajnuna professjonali lill-familji u l-kollegi ta’ dawn iż-żewġ vittmi. Filwaqt li tkompli tisħaq li s-saħħa u sigurtà fuq il-post ta’ xogħol għandhom dejjem jingħataw prijorità. Kull post ta’ xogħol għandu mhux biss jieħu l-miżuri kollha disponibbli biex jiġu evitati inċidenti fuq il-post tax-xogħol imma wkoll japplikahom. Dan jista’ jsir mhux biss bl-involviment tal-ħaddiema imma wkoll bil-kollaborazzjoni ta’ min iħaddem u tal-imsieħba soċjali.