fbpx

Il-ħaddiema tal-Aġenzija tal-Qorti ddiżappuntati minħabba dewmien

It-Taqsima Ħaddiema tal-Gvern fi ħdan il-UĦM Voice of the Workers irreġistrat tilwima industrijali fl-Aġenzija tal-Qorti.

It-taqsima waslet għal din id-deċiżjoni minħabba dewmien min-naħa tal-amministrazzjoni, u mill-Industrial Relations Unit sabiex jiġi konkluż id-dokument wara taħditiet li kienu saru dwar il-ftehim kollettiv. Barra min hekk hemm id-diżappunt kbir għal-mod ta’ kif qed jiġu ttrattati n-negozjati fil-konfront ta’ dawn il-ħaddiema fi ħdan din l-aġenzija.

It-Taqsima Ħaddiema tal-Gvern għamlet kull tentattiv mal-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Qorti, kif ukoll mal-Industrial Relations Unit sabiex jitkomplew dawn in-negozjati mill-aktar fis, imma sfortunatament ma kien hemm l-ebda progress.

Fid-dawl ta’ dan kollu u wara li sar kull tentattiv sabiex din is-sitwazzjoni tiġi riżolta madwar il-mejda tan-negozjati, jidher li l-amministrazzjoni ma ħalliet l-ebda triq oħra, ħlief li t-Taqsima Ħaddiema tal-Gvern tirreġistra din it-tilwima industrijali.

Din it-taqsima mhux teskludi li tordna azzjonijiet industrijali kemm il-darba mhux se tingħata l-attenzjoni meħtieġa lil din is-sitwazzjoni. Id-direttivi li ser jidħlu fis-seħħ ser jaffettwaw numru kbir ta’ ħaddiema fosthom, messaġġiera tal-Qorti, marixxalli tal-Qorti, assistenti reġistraturi, deputati reġistraturi, assistenti ġudizzjarji, ħaddiema tar-Reġistru u ħafna impjegati oħra. 

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment