Il-ħaddiema tal-Qorti se jibdew jingħataw it-tilqima kontra l-COVID-19 fi żmien ġimgħatejn. Din il-konferma waslet wara li għal diversi ġimgħat il-UĦM Voice of the Workers kienet f’komunikazzjoni mal-amministrazzjoni tal-Qorti dwar din il-kwistjoni. Din l-insistenza biex il-ħaddiema jitlaqqmu saret minħabba n-natura tax-xogħol tagħhom li jesponihom għal riskju minħabba l-kuntatt kontinwu mal-pubbliku.