fbpx

Tibdil fil-Kundizzjonijiet tax-Xogħol għandhom jiġu diskussi mal-Union

Il-UĦM Voice of the Workers, il-bieraħ bagħtet ittra lis-Segretarju Permanenti Ewlieni, is-Sur Tony Sultana, sabiex issir laqgħa biex tiddiskuti tibdil fil-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema kollha tas-Servizz Pubbliku.


Fil-Ġimgħa li għaddiet, is-Segretarju Permanenti Ewlieni, flimkien mat-tim tiegħu, ltaqa’ mal-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku fejn stqarr illi “Is-servizz pubbliku se jimbarka fuq proċess biex ir-regolamenti tad-dixxiplina jiġu riveduti.” Aktar tard fil-ġurnata, l-uffiċju tas-Sur Sultana ħareġ stqarrija wkoll f’dan ir-rigward.


Sfortunatament, il-UĦM saret taf dan biss minn fuq il-media. Għal dan il-għan, l-istess Union bagħtet ittra lis-Sur Sultana sabiex isiru l-laqgħat neċessarji mal-Union u dan peress li tibdil fid-Dixxiplina jfisser tibdil fil-kundizzjonijiet tax-xogħol. Wieħed jifhem li f’post tax-xogħol fejn hemm għarfien ta’ Union, l-employer jiddiskuti mal-Union qabel jibda xi tip ta’ riforma li tolqot lill-ħaddiema. L-istess għandu jsir fis-Servizz Pubbliku.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment