fbpx

Is-Sitwazzjoni fil-kumpanija Arrow Pharm

arrow“110 ħaddiem għalina huma 110 familja, kważi 40% tal-kumpanija Arrow Pharm. Sitwazzjoni nkwetanti li ħasdet lil kulħadd speċjalment meta wieħed jifhem li din il-kumpanija konnha qed nħarsu lejha bħala kumpanija ta’ suċċess li qed tikber.” Hekk qal is- Segretarju Ġenerali Josef Vella waqt li kompla jżid li qed iħares lejn il-laqgħat mal-kumpanija Arrow Pharm b’tama li n-numru jista’ jinżel.

Sadanittant Il-UĦM minn naħa tagħha, talbet li tiġi ffurmata Task Force biex tinstab l-aħjar soluzzjoni fl-interess tal-ħaddiema, liema proposta ġiet milqughha u l-ewwel laqgħa tat-Task Force hija skedata għal nhar it-Tlieta 12 ta’ Frar 2014. Il-UĦM tinsab ukoll f’konsultazzjoni kemm mall-kumitati rispettivi tal-ħaddiema fi ħdanha kif ukoll mal-kumpanija u mal-Ministeri tax-Xoghol u l-Ekonomija.
Il-UĦM tisħaq li se tagħmel minn kollox u tuża kull mezz disponibbli biex dawk il-ħaddiema li se jitilfu l-impjieg, jinstabilhom impjieg alternattiv fl-iqsar żmien possibbli filwaqt li turi solidarjeta’ sħiħa mal-ħaddiema kollha tal-fabbrika Arrow Pharm kif ukoll il-familji tagħhom f’dan iż-żmien diffiċli.
Il-UĦM se tkompli tixpruna lill-gvern sabiex flimkien ma’ l-imsieħba soċjali konċernati jara li l-pajjiż jkollu pakkett ta’ inċentivi għal kumpaniji li qiegħdin jkomplu jinvestu f’Malta. Dan sabiex jiġi evitat illi jkun hemm ripetizzjoni ta’ sitwazzjonijiet bħal dawn. “Nippreferi li jkollna pjan ta’ kif ninċentivaw lill-investituri milli nsiru esperti ta’ kif nintervjenu fi kriżijiet bħal dawn” temm jgħid s-Segretarju Ġenerali Josef Vella.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment